Aqra u Irrifletti – DAR GĦALL-BEJGĦ

Franġisku u Marija kienu koppja anzjani li kienu qed ifittxu bis-serjeta’ biex jibdlu d-dar tagħhom. Għalhekk iddeċidew li jmorru għand aġent tad-djar biex bis-saħħa tiegħu jippruvaw ibiegħu darhom ħalli jkunu jistgħu jakkwistaw dar ġdida skond il-ħolm tagħhom. L-aġent, meta ra d-dar tagħhom, li kienet miżmuma fi stat tajjeb, assigurahom li ma kienx ser ikollu diffikulta’ biex ibiegħha.

Min-naħa tagħhom, Franġisku u Marija, bil-ħerqa kollha kienu ta’ kuljum jiflu l-gazzetti biex jaraw ir-riklami ta’ djar li kienu għall-bejgħ. Ma tantx għadda żmien meta sabu riklam jgħid hekk: ‘‘Għall-bejgħ: Dar spazjuża, mibnija madwar ħmistax-il sena ilu, 3 kmamar tas-sodda, 2 kmamar tal-banju, bejt arjuż u garaxx kbir. Għandu veduta eċċellenti.’’

Il-koppja ġġennu meta raw dan ir-riklam u bil-ġirja marru għand l-aġent biex jgħinhom. Ħadu magħhom il-gazzetta biex juruhielu u ħeġġuh biex jgħaġġel li ma jmurx jilħaq ħaddieħor qabilhom. L-aġent ra r-riklam u waqaf. Ir-raġel u martu ma setgħux jifhmu x’kien ġara, sakemm l-aġent ħares lejhom u b’nofs daħka qalilhom: ‘‘Dik id-dar li qed tirsistu għalija hija d-dar tagħkom! Dan l-avviż jien ġibtu fil-gazzetta.’’

Spiss aħna ngħaddu minn esperjenza simili għal din. Nixxenqu u nixtiequ issa ħaġa u issa oħra u qatt ma napprezzaw dak li għandna.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSCD)

Flimkien Nistgħu – Eżerċizzju ta’ Kuljum

Illum il-ġurnata iktar minn qatt qabel sirna nagħtu importanza kbira lis-saħħa tagħna. Apparti li sirna ħafna iktar konxji ta’ x’nieklu u kif insajru, l-eżerċizzju sar jilgħab parti importanti f’ħajjitna. Dan l-istil ta’ ħajja ta’ dieta’ bilanċjata flimkien ma’ xi tip ta’ eżerċizzju ta’ kuljum huwa essenzjali li jagħmluh kemm il-kbar kif ukoll iż-żgħar. Anzi sirna nisħqu ferm iktar kemm hu bżonnjuż li propju nibdew minn eta’ zgħira li ngħixu b’dan il-mod.

Dan ix-xahar qed noffrulkom lista kemmxejn differenti ta’ eżerċizzji ta’ kuljum. Lista ta’ għaxar affarijiet li jgħinuna kif inkunu persuni aħjar u b’karattru iktar sod. Lista li tgħinna intejbu r- relazzjonijiet ma’ dawk ta’ madwarna u magħna nfusna wkoll.Screen Shot 2016-03-19 at 17.12.16

Naħsbu ftit…

Meta naħsbu fuq kif nistgħu intejbu lilna nfusna kemm bħala persuni kif ukoll fil-mod kif inġibu ruħna mal-oħrajn, nindunaw li mhuhiex daqshekk diffiċli biex jirnexxielna! Kull ma għandna bżonn hija ftit rieda tajba u xejn iktar.

Kelma ta kuraġġ…

Dear boys, girls, young people, tody’s world has a lack of capacity of knowing how to cry. Pope Francis

Għeżież tfal – subien, bniet u żgħażagħ żgħar, illum il-ġurnata id-dinja insiet it-tifsira ta’ kif nibku!
Papa Franġisku.

Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo
PSCD – 2015/2016