Flimkien Nistgħu – Ma Jiswewx Flus

Kemm-il darba ħsibna li biex noħorġu ta’ nies mal-oħrajn irridu bilfors nonfqu l-flus. Naħsbu jew għal xi raġuni nserrħu rasna li meta nixtru xi ħaġa li tkun tiswa ħafna, nkunu b’xi mod qed nuru rispett. Sfortunatament il-ħajja materjalista li qed ngħixu fiha saret iġġiegħlna nagħtu valur biss li dak li jlellex jew li hu pprezzat l-iktar. Donnu l-iktar importanti hu li biex jkollna affarijiet ta’ kwalita’ hemm bżonn li nonfqu ħafna flus! Filfatt spiss tisma’ min jgħid li l-irħis għali. Pero meta nsibu ftit ħin u nirriflettu nindunaw li dawk l-affarijiet li vera jgħoddu fil-ħajja fil-verita’ vera ma jiswewx flus….araw naqra l-lista li ġejja…

1. Il-Manjieri

2. Il-Valuri

3. Ir-Rispett

4. Il-Karattru

5. Is-Sens Komun

6. Il-Fiduċja

7. Il-Paċenzja

8. Li Jkollok Klassi

9. L-Integrita’

10. L-Imħabba

Naħsbu ftit…

B’din il-lista t’hawn fuq ninnutaw li assolutament ma jiswewx flus kemm biex tirċievi jew tagħti lura xi waħda minn dawn. Jekk kull wieħed u waħda minna nagħtu importanza li dawn ikollna ħafna iktar minn ħajjitna milli noqogħdu naħlu l-ħin tagħna kif se nkunu l-aqwa u l-aħjar b’ħafna nfieq ta’ flus. Għandna nitgħallmu nagħtu importanza inqas lill-affarijiet materjali li maż-żmien jispiċċaw u nħallu iktar spazju għall-valuri, paċenzja u mħabba fost oħrajn

Kelma ta kuraġġ…

A little bit of mercy makes the world less cold and more just.

Pope Francis

Bi ftit iktar ħniena nagħmlu dinja inqas kiesħa u aktar ġusta.

Papa Franġisku.

Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo

Aqra u Irrifletti -META TITLEF ‘L OMMOK TKUN TAF XI TLIFT…

Meta t-terrimot għadda, l-irġiel ħarġu jaraw lil min setgħu jsalvaw minn qalb it-tifrik.  Waqfu quddiem dar imġarrfa,  u minn qalb ilġebel setgħu jaraw mara żagħżugħa għarkupptejha b’idejha quddiemha bħal donnha qed tipproteġi xi ħaġa.  Il-mara kienet bla ħajja minħabba l-ġebel li waqa’ fuqha.  Dan kien ikkonfermat meta wieħed minn dawk il-voluntiera, b’diffikulta’ kbira daħħal idu qalb it-tifrik u ħass li l-mara kienet kiesħa u iebsa. Għalhekk l-irġiel bdew mexjin aktar lil hinn biex ikomplu jfittxu. Iżda wieħed minnhom, l-istess wieħed li kkonferma li l-mara kienet mejta, ħass li għandu jerġa’ lura għax għelbitu l-kurżita’ biex jara x’kienet qed iżżomm.  Bi tbatija kbira warrab kemm seta’ ġebel u tifrik minn ħdejn dik il-mara biex seta’ jdaħħal idu kollha.  U verament idu messet xi ħaġa ħajja! Huwa beda jgħajjat: “Ejjew iġru! Hawn tarbija! Hawn tarbija ħajja!”
Sħabu ġrew lura ħdejh.  Il-grupp kollu ħadem flimkien biex neħħew kemm setgħu ġebel u terrapien minn ħdejn it-tarbija, u sabu tifel ta’ madwar tliet xhur, imgeżwer f’xall tas-suf.  Li ġara kien li l-mara, li fil-fatt kienet omm it-tarbija, meta rat il-periklu imminenti, irnexxielha tipproteġi ‘l binha bil-persuna tagħha stess, hekk li l-ebda ġebla ma waqgħet fuqu.  Sejħu malajr it-tabib.  Dan, meta wasal fuq il-post u neħħa x-xall minn madwar it-tarbija, sab mobile phone b’dan il-messaġġ: “Għażiż ibni, jekk tibqa’ ħaj, dejjem ftakar li ommok tħobbok ħafna.”Din hi storja vera.  Qatt ma jingħad xejn żejjed fejn tidħol l-imħabba u s-sagrifiċċju talommijiet lejn uliedhom!

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut (Għalliema tal-PSCD)