Aqra u Irrifletti – ‘XI ĦADD’ QAL…

‘Xi ħadd’ qal li trid tal-anqas sitt ġimgħat biex terġa’ tiġi għan-normal wara li jkollok tarbija.

Dan ix-‘xi ħadd’ ma jafx li ladarba ssir omm, il-kelma ‘normali’ trid tinsiha!

‘Xi ħadd’ qal li l-istint se jgħinek titgħallem kif tkun omm.

Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma kellu jieħu lil tifel ta’ tliet snin miegħu għax-xirja fis-supermarket.

‘Xi ħadd’ qal li tkun omm hi ħajja tedjanti u bla eċċitament.

Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma rikeb ma’ teenager li għadu kif beda jsuq karozza.

‘Xi ħadd’ qal li omm tajba qatt m’għandha twerżaq.

Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma tela’ jonxor u jiskopri lil bintu tixxabbat miċ-ċinta tal-bejt.

‘Xi ħadd’ qal li ma tistax tħobb it-tielet tarbija bħal ma tħobb l-ewwel waħda.

Dan ix-‘xi ħadd’ żgur li ma kellux tlett itfal.

‘Xi ħadd’ qal li omm kapaċi ssib soluzzjoni għal kull problema fit-trobbija.

Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma sab li bintu kienet deffset tliet piżelliet f’imnifsejha.

‘Xi ħadd’ qal li l-agħar mument hu l-mument tal-ħlas.

Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma kellu jwassal lil ibnu għall-ewwel darba u jħallih warajh il-kindergarten.

‘Xi ħadd’ qal li omm ma jkollhiex għalfejn tinkwieta ladarba t-tfal jiżżewġulha.

Dan ix-‘xi ħadd’ ma jafx li biż-żwieġ jiżdiedu l-ulied u magħhom jiżdied l-inkwiet.

‘Xi ħadd’ qal li x-xogħol tal-omm jieqaf meta l-ulied iħallu d-dar.

Dan ix-‘xi ħadd’ qatt ma kellu tfal ta’ wliedu.

‘Xi ħadd’ qal li ommok taf li tħobbha u għalhekk m’hemmx għalfejn tgħidilha.

Din ix-‘xi ħadd’ qatt ma kienet omm.

Tislijiet,

L-għalliema tal-PSCD