Ħinijiet tas-Sajf

Infakkarkom li minn nhar it-Tnejn, 3 ta’ Ġunju 2013 l-iskola  tibda fit-8.15am u tispiċċa f’nofsinhar.  Jekk jogħġobkom wasslu lit-tfal tal-Primarja fit-8.10am ħdejn il-Foyer tas-sala fi Triq l-Iskola u mhux minn xi bieb ieħor. Tal-Kindergarten joħorġu kwarta qabel.

Dalwaqt nibgħatulkom dettalji dwar l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Nisperaw li kulħadd jagħmel l-aħħar sforz. Illum, fuq siggiewiprimary.wordpress.com għadu kemm ittella’ l-kalendarju ta’ Ġunju.

Nerġa’ nirringrazzjakom tal-koperazzjoni kontinwa u s-suġġerimenti tul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa.  Fis-sajf inħeġġiġkom tkomplu tiċċekkjaw il-websajt tal-iskola għal xi avviżi li jista’ jkun hemm.  Matul is-sajf għandu jiżdied il-qari.  Min mhux membru fil-librerija pubblika għandu jmur jirreġistra.

Grazzi tal-kooperazzjoni

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

KLABB 3 – 16 FIS-SAJF FIS-SIĠĠIEWI

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ ninfurmaw lill-ġenituri li sejrin norganizzaw ġimgħa ta’ reġistrazzjoni għall-Klabb 3-16.

Dati:      It-Tnejn 10 – l-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju

Post:      ex-skola Umberto Colosso, St Joseph High Road, Sta. Venera

Ħin:       8.30 am – 11.30 am

              1.00 pm – 5.30 pm

Ikun hemm fejn tistaqsu aktar informazzjoni u dettalji, post għar-reġistrazzjoni fejn timlew il-formoli u tagħmlu l-pagamenti.

Il-program tas-Sajf ta’ Klabb 3-16 se jkun fuq 8 ġimgħat mill-15 ta’ Lulju sat-13 ta’ Settembru minbarra fil-ġimgħa bejn it-12 i s-16 ta’ Awwissu fejn nkunu maghluqin.

Klabb 3-16 se jiġi pprovdut fil-lokalitajiet li ġejjin:

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, il-Mosta, B’Kara, Ħ’Attard, Pembroke, San Ġwann, in-Naxxar, Ħal Qormi, il-Ħamrun, iż-Żurrieq, B’Bugia, Ħal-Luqa, M’Scala, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, iż-Żejtun u r-Rabat Għawdex.

Kull ċentru jiftaħ bejn is-7:15am – 5:15pm  iżda l-program prinċipali ta’ l-attivitajiet ikun bejn t-8:15am – 1:15pm.

PAGAMENTI – għandna numru ta’ għażliet, qed nipprovdulkom dawn li ġejjin bħala idea għall-program prinċipali tal-attivitajiet. Hemm ukoll skont għall-aħwa u ‘bundles’ ta’ siegħat għall-ħin miżjud.

3-ijiem fil-ġimgħa (8 ġimgħat) – €150

4-ijiem fil-ġimgħa (8 ġimgħat) – €192

5-ijiem fil-ġimgħa (8 ġimgħat) – €230

Nispera li din l-informazjoni kienet ta’ għajnuna għalikom.

Grazzi

Fanina Briffa

Koordinatriċi Ċentru, Klabb 3-16

Foundation for Educational Services (FES)

T:  (356) 22586825  / 22586826