Klabb Peprina is a special activity for kids aged between 8-10 years.
For more information about this special programme click here.
Klabb Peprina is a special activity for kids aged between 8-10 years.
For more information about this special programme click here.
Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru ġewwa l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi ġie ċċelebrat Jum l-Annimali. L-istudenti ġabu magħhom il-pets fl-iskola u waqt l-iSpecial Assembly sar it-tberik tal-annimali mill-Arċipriet tal-Parroċċa tas-Siġġiewi. Ġew mistiedna wkoll il-ġenituri li akkumpanjaw lil uliedhom flimkien mal-pets. Kien hemm ħafna tipi ta’ annimali fosthom klieb, qtates, fkieren, ħut, għasafar u saħansitra serp. Wara t-tberik, l-arċipriet qaddes l-ewwel quddiesa għal din is-sena skolastika fejn talab lil San Franġisk biex ikompli jżomm idejh fuq il-pets tagħna. Talab ukoll sabiex kulħadd ikollu sena skolastika tajba.
Ms A. Caruana
Assistent Kap
Għeżież ġenituri,
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ottubru 2013 fid-8.45am ser jibda l-Kors mis-sur Alex Attard mill-Caritas dwar Kif inrabbu lil uliedna.
Il-kors fih sitt sessjonijiet ta’ sagħtejn, kull nhar ta’ Tlieta.
Bookings jintlaqgħu sa nhar it-Tlieta 8 ta’ Ottubru 2013. Ħallu l-applikazzjoni mas-segretarja tal-iskola.
Grazzi.
P Decelis
Kap tal-iskola