Kampanja Elettorali tal-Elezzjoni għall-membri ġodda tal-Kunsill tal-Istudenti 2014

Matul din il-ġimgħa t-tfal li kkontestaw sabiex isiru membri fil-Kunsill tal-Istudenti kellhom l-opportunita’ sabiex iħeġġu lil sħabhom u jgħidu għalfejn se jikkontestaw fl-elezzjoni. Huma qalu x’bi ħsiebhom jissuġġerixxu jew jagħmlu jekk kemm-il darba jiġu eletti permezz ta’ posters u ċarts kif jidher hawn taħt. Iktar dettalji dwar l-elezzjoni u ismijiet tat-tfal li ġew eletti jingħataw iżjed ‘l quddiem.

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

Nissiġillaw il-Kaxxi tal-Voti bi preparazzjoni għall-Elezzjoni tal-Kunsill tal-Istudenti 2014

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2014, it-tfal kollha tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li ħarġu bħala kandidati issejħu fis-sala tal-iskola sabiex ikunu xhieda u jaraw demonstrazzjoni ta’ kif isir is-siġill fuq il-kaxxi tal-voti. Din saret mill-kap tal-iskola s-Sur Decelis bl-għajnuna tal-assistenti kapijiet.

Laqgħa dwar it-tagħlim tal-Phonics fil-Year 1 + Parenting Skills

Nixtiequ infakkrukom fil-laqgħa ta’ għada dwar it-tagħlim tal-Phonics għall-ġenituri li għandhom it-tfal fl-ewwel sena tal-Primarja. Il-laqgħa tibda fid-9.00am u ddum madwar siegħa. Din il-laqgħa ser issir mill-għalliema tat-tfal tagħkom fil-klassi tagħhom stess. Huwa importanti li żżommu mas-suġġett tal-laqgħa minħabba li l-ħin hu limitat.

Dħul minn Triq Hal Niklusi.
 
Il-kors tal-Parenting Skills li kellu jibda nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar, ser jibda nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-6pm.