The Hilti Programme within the Foundation for Educational Services is organising another interesting activity during the Easter Holidays. For more information click here and here.
Category: News
Reminder – Kindergarten
Infakkrukom li għada l-Ħamis 13 ta’ Marzu, it-tfal tal-Kinder jispiccaw skola f’nofsinhar, minħabba li l-Kindergarten Assistants għandhom laqgħa.
SIGGIEWI PRIMARY RAISES FUNDS FOR MARATHON
Yogurt Day fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi b’risq il-Maratona tar-Roti
Il-Kunsill tal-istudenti ser jorganizza Yogurt Day għall-istudenti tal-Year 1 sal-Year 6, b’risq il-Maratona bir-Roti. Il-yogurt ser jiġi ġentilment offrut lilna minn Alf. Mizzi & Sons. Din ser issir nhar il-Ħamis 13 ta’ Marzu 2014. Inħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi u tibagħtu d-donazzjoni tagħkom. Bil-flus li jinġabru, il-Liċeo tal-Ħamrun li qed jorganizza din l-attivita`, ser jagħti donazzjoni ta’ Automatic External Defibrillator anke lill-iskola tas-Siġġiewi. Dan hu apparat importanti ħafna f’każ li xi ħadd tiqaflu qalbu.
Nhar il-Ħamis, it-tfal kollha tal-Primarja li se jġibu donazzjoni, huma mitluba jġibu magħhom kuċċarina tal-plastik.
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola

