FEEDBACK MINGĦAND IL-ĠENITURI KOLLHA

Għeżież ġenituri

Bl-iskop li nkomplu ntejbu s-servizz li nagħtu, nixtiequ l-feedback tagħkom dwar l-iskola tagħna.

Nippreferu jekk twieġbu dan il-kwestjonarju online:

http://soorvey.com/?s=1702PVVVVVV

Min mgħandux aċċess għall-internet jista’ jwieġeb dan il-kwestjonarju bil-miktub (hard copy). Qed nibagħtu kopja lil dawk li qalulna li m’għandhomx aċċess. Jekk xi ħaddieħor jixtieq kopja, din jista’ jakkwistaha mingħand is-segretarja.  Dan irid jerga jiġi rritornat fl-uffiċċju tas-Segretarja.

Min isib diffikulta’ minħabba li hu bl-Ingliż, huwa mħeġġeġ li jistaqsi billi jċempel l-iskola.

Dan il-kwestjonarju għandu jitlesta sal-14 ta’ Mejju 2014.

Grazzi
P Decelis
Kap tal-iskola

OPEN DAY GĦALL-ĠENITURI

Ser issir OPEN DAY għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tas-Siġġiewi, nhar  l-ERBGĦA 7 ta’ MEJJU 2014.  B’hekk tkunu tistgħu taraw il-proċess li minnu tgħaddi l-iskola f’ġurnata normali.  Ovvjament il-klassijiet huma żgħar, jiġifieri mhux se tkun faċli li kulħadd jidħol u joqgħod komdu.  Pero’ jiena ċert li kulħadd ser japprezza din l-opportunita` u x-xogħol li jsir.
Programm:
08.00  – 08.45:     Bring and Buy organizzata mill-Kunsill tal-Istudenti (intom mistiedna tibagħtu donazzjoni ta’ kotba/ornamenti/pjanti/costume jewellery sat-Tnejn 5 ta’ Mejju biex jinbiegħu dakinhar tal-Open Day).
08:45 – 09:00:   Laqgħa fis-sala.  Dħul minn Triq l-Iskola.
09:00 – 10:00:   L-ewwel sessjoni  (Kinder fil-klassi;   Yrs 1,2,3 fil-klassi;  Yrs 4,5,6 fil-bitħa)
10:10 – 10:45:   Brejk.  Il-ġenituri kollha jinżlu fil-bitħa. Ser ikun hemm ftira u ilma għall-bejgħ u Bring and Buy
10:45 – 11.45:   It-tieni sessjoni  (Kinder fil-klassi;  Yrs 1,2,3 fil-bitħa;  Yrs 4,5,6 fil-klassi)
11.50 – 12:00:     Ħruġ tal-ġenituri u l-istudenti.
11.45  –  13.00:     Bring and Buy
Tkaken mhux permessi minħabba l-grawnd. Minħabba x-xemx, intom imħeġġa tilbsu l-brieret u tlibbsu waħda lil uliedkom.  L-iskola tispiċċa f’nofsinhar.
Grazzi. Narawkom nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Mejju wara t-8.00am. Dħul mill-foyer tas-sala fi Triq l-Iskola.

P Decelis
Kap tal-iskola.