Dawk il-ġenituri li jixtiequ jieħdu sehem fiż-żifna tal-karnival huma mitluba jattendu għall-ewwel rehearsal nhar it-8 ta’ Jannar fis-7.30am fis-sala tal-iskola.
Category: News
L-Esperjenza mal-President
Nhar il-Ħamis 20 ta’ Novembru kienet ġurnata speċjali għalina t-tfal. Kien il-25 anniversarju tal-Kummissjoni għad-drittijiet tat-tfal u jien kont rapreżentant tal-iskola tiegħi. Dawn id-drittijiet huma importanti għalina biex ngħixu f’dinja aħjar. Ifakkruna li aħna kollha l-istess u kollha speċjali u importanti. Il-President ta’ Malta l-Eċċelenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca, mexxiet din il-laqgħa.
Wara kellna niktbu xi sentenzi jew inpinġu xi ħaġa li nixtiequ li jkollna biex ngħixu aħjar. L-idea tiegħi li ktibt kienet li nżommu Malta post sikur u bla periklu għalina t-tfal. Kienet esperjenza mill-isbaħ għalija.
John Sant Portanier
President
Kunsill tal-Istudenti

