Ċikka li tirriċikla

Dil-ġimgħa Green MT nedew karattru ġdid ‘Ċikka li tirriċikla’. Dan għamluh ġewwa l-iskola tagħna bis-sehem tal-kantanta Christina Casolani. Minbarra li ltaqgħu ma’ Ċikka, it-tfal tagħna ġew imfakkra fuq kif għandna nisseperaw l-iskart ġewwa djarna.

Din l-attivita’ ġiet rrapurtata fuq l-istazzjon nazzjonali waqt l-aħbarijiet tat-8. http://www.tvm.com.mt/mt/news/cikka-tirricikla-karattru-gdid-biex-tghallem-lit-tfal-jisseparaw-l-iskart/

Aħna nħeġġukom biex tisseparaw l-iskart riċiklabbli minn dak li mhux riċiklabbli. B’dan il-mod inkunu qed ngħinu biex l-ambjent tagħna u ta’ uliedna jkun aħjar.

R. Peresso

Assistent kap

Attivita’ tal-Karnival

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar fl-iskola ġie ċċelebrat il-Karnival. It-tfal kollha ġew bil-kostum favorit tagħhom u lkoll ħadu pjaċir jaraw spettaklu ta’ żfin mit-tfal tal-ħames sena, mill-ġenituri, mill-għalliema flimkien ma’ tnejn mill-Assistenti Kapijiet u fl-aħħar u mhux l-inqas farsa mtella’ mill-Minor Staff. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lil kull min ta sehemu speċjalment lil Sander Bonello, Ms. Stephanie Zammit għall-korjografija tat-tliet żifniet u lil Ms. Amanda Sciberras tal-għajnuna fis-sound u d-dwal.

Prosit u Grazzi

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Maths Trail Week

Nhar it-Tnejn 29 ta’ Frar se tibda l-Maths Trail Week.  Kull klassi, mill-Kinder sal-Year 6 ser ikunu qed jagħmlu Maths Trail f’post tal-għażla tagħhom.  L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huma li t-tfal jagħrfu li l-Matematika mhix biss numri fuq il-pitazzi imma wkoll parti mill-ħajja ta’ kuljum.

Maths Trail Week

Class

 

 Place of Activity

 

Kindergarten 1 and 2

 

 At school

 

Year 1

 

 Kitchen Garden

 

Year 2

 

 Kitchen Garden

 

Year 3

 

San Anton Gardens

 

Year 4

 

 Siġġiewi

 

Year 5

 

 Imdina

 

Year 6

 

 San Anton Gardens