Esibizzjoni tal-Arti

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ ninfurmawkom li bħalissa fil-foyer tal-iskola għandna esibizzjoni tal-arti. Min jixtieq jakkwista xi biċċa arti, li huma kollha xogħol magħmul mill-istudenti tagħna, tistgħu tagħtu donazzjoni ta Eur 15 jew aktar li jmorru għall-Community Chest Fund. Dawn il-flus se jkunu qed jiġu miżjuda mal-flus li diġa nġabru mill-esibizzjoni tal-arti mtella’ mill-Kulleġġ San Injazju fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, f’Marzu li għadda.

Grazzi

Ms N Saliba

Donazzjoni lil Puttinu Cares

Waqt il-programm speċjali li t-tim ta’ Xarabank  tella’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira ġiet ippreżentata s-somma sabiħa ta’ €1,640 f’isem l-iskola tagħna.  Dan kien it-total ta’ flus miġbura mill-Jeans Day, il-bejgħ tal-figolli, donazzjoni mogħtija minn Cuschieri Bakery (wieħed mill-fornituri tal-figolli), kif ukoll permezz ta’ donazzjoni li ngħatat mill-istaff kollu li jaħdem ġewwa l-iskola tagħna.  Il-flus mhux kollox, imma żgur li d-donazzjoni tagħna ser tgħin biex tagħti aktar kuraġġ, ittaffi t-tbatija li dawn il-familji għaddejjin minnha u żżid il-possibilita’ ta’ fejqan.  Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu f’din l-inizjattiva hekk nobbli.

DSC_3022