Nifirħu lil Ms Francesca Bugeja l-għaliex l-iskola ingħatat il-Label Ewropea ta’ Kwalità għax-xogħol ta’ kwalità eċċellenti fil-proġett tal-eTwinning bl-isem “The little music STEAMers”. Dan ifisser li x-xogħol tal-għalliema u tal-istudenti ngħata għarfien fl-ogħla livell Ewropew.
B’riżultat ta’ dan, irċevejna ċertifikat li tistgħu taraw hawn taħt u li se jiġi esebit b’mod prominenti fl-iskola. Barra minn dan, il-proġett ser jintwera f’taqsima speċjali tal-Portal Ewropew li jinsab fl-indirizz www.etwinning.net.
N. Saliba




