Għeżież Ġenituri
Issa li bdiet is-sħana se naqilbu għall-uniformi tas-sajf. Jekk jogħġobkom ibagħtu t-tfal tagħkom bl-uniformi tas-sajf minn nhar it-Tnejn li ġej, jiġifieri 16 ta’ Mejju.
Grazzi
Ms N Saliba
Kap tal-iskola

Kienet kbira l-konkorrenza ta’ tfal mir-raba’, ħames u sitt sena li ipparteċipaw fil-kompetizzjoni ta’ World Book Day. Dawn it-tfal ipparteċipaw billi kitbu storja u għamluha fi ktieb żgħir. U bi pjaċir kienu tlitt itfal li rebħu l-kompetizzjoni u għaxra oħra li ħadu premju ta’ konsolazzjoni.
Proset Tassew!
Żewġt itfal mill-iskola tagħna intgħażlu biex jieħdu sehem fil-High 5 Challenge, liema żewġt itfal irnexxielhom jgħaddu għat-tieni fażi. F’din il-fażi t-tfal tgħallmu jaħdmu f’tim biex isolvu problemi matematiċi u jaħsbu f’kuntesti differenti minn tas-soltu. Tassew kienet esperjenza pożittiva u nisperaw li sena oħra jkollna aktar kompetituri.