Open Day

Fis-6 ta’ Mejju fl-iskola kellna l-Open Day. Dakinhar il-ġenituri kellhom l-opportunita` li jżuru l-iskola filwaqt li jattendu għal-lezzjoni fil-klassi flimkien ma’ uliedhom. Il-ġenituri ġew mistiedna wkoll għall-Maths Workshop fejn setgħu jaraw modi u strateġiji kif jistgħu jgħinu lil uliedhom fit-tagħlim tal-Matematika. Il-ġenituri kellhom ukoll l-opportunita` li jżuru l-Mużew tal-Edukazzjoni li jinsab fis-sular t’isfel fl-iskola.

This slideshow requires JavaScript.

Avviżi

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar l-Erbgħa 1 ta’ Ġunju nibdew in-nofstanhari, jiġifieri l-iskola tibda fit-8:15am u tispiċċa f’12:00pm. It-tfal tal-Kindergarten jispiċċaw f’11:45am.

Illejla nħeġġukom tattendu għall-kunċert mużikali fis-sala tal-iskola. Il-kunċert jibda fit-8:00pm u t-Eur 8 biljett għad-dħul bħala donazzjoni jista’ jinxtara minn mal-bieb. Il-qliegħ ta’ din l-attivita ser imur għal Ms Chircop u Ms Zammit li uliedhom ntlaqtu mill-marda tal-kanċer.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola