Il-Proġett Rakkonti

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubu ġie mniedi l-proġett Rakkonti mill-Aġenzija tal-Litteriżmu appoġjat minn Banif Bank, ġewwa l-iskola Primarja Siġġiewi. Rakkonti huwa ġabra ta’ kotba bi ħrejjef bil-Malti miktuba u illustrati minn Trevor Zahra, b’kanzunetti miktuba minn Dominic Galea. Permezz ta’ Rakkonti l-istudenti se jkollhom għażla oħra ta’ kotba x’jaraw, filwaqt li jidħlu f’dinja ta’ immaġinazzjoni. Dawn il-kotba b’differenza qegħdin immirati biex ikattru l-ħiliet tal-lingwa u l-litteriżmu fost it-tfal u huma akkumpanjati minn żewġ pupazzi, Bertu u Bettina.

Ms N Saliba
Kap tal-Iskola

This slideshow requires JavaScript.

 

Kunċert Russu

L-iskola Primarja Siġġiewi kellha l-unur li tilqa’ grupp ta’ żeffiena u kantanti Russi mis-Siberja li ġew jagħtu kunċert lill-istudenti tal-primarja. Kienet okkażjoni mill-isbaħ fejn l-istudenti setgħu jesperjenzaw il-kultura Russa permezz tal-lingwa, kant u żfin.  Minbarra li kulħadd tpaxxa bl-ispettaklu professjonali, kulħadd seta’ jammira u japprezza l-ġmiel ta’ kostumi u kuluri. Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lill-parteċipanti tal-Youth Russian Culture Festival in Malta, filwaqt li ringrazzjamenti speċjali jmorru għal Dun Nikol Aquilina, Dr.Snezhana Sofeina u Evgueni Bodishtianu.

N. Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Jum l-Għalliema

Fil-5 ta’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema.  Għal din l-okkazjoni tant speċjali saret special assembly mtella’ minn rappreżentat ta’ kull klassi.  Kull rappreżentant qal frażi ta’ tifħir lill-għalliema tiegħu/tagħha filwaqt li kull għalliema ngħatat qronfla bħala ġest ta’ ringrazzjament għax-xogħol siewi u imprezzabbli li jagħmlu.  B’hekk l-istudenti jagħrfu japprezzaw dejjem aħjar ix-xogħol tal-għalliema, KGAs u LSAs.

N Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.