Il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru – Parents’ evening

Għeżież ġenituri 

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru t-tfal kollha tal-Primarja mill-Year 1 sa Year 6 jispiċċaw skola f’nofsinhar. It-tfal tal-Kindergarten jispiċċaw f’11:45am.

L-appuntament għal-laqgħa tagħkom mal-għalliema se jintbagħat lilkom mat-tfal stess.

Dakinhar ikun hemm il-fiera tal-kotba fis-sala tal-iskola għal min hu interessat jixtri xi ktieb.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

 

Ġurnata Kulturali Fi Sqallija

Il-jum tant mistenni fl-aħħar kien wasal! M’għabex il-jum tas-Sibt, 22 t’ Ottubru konna qegħdin nivvjaġġaw lejn il-gżira sabiħa ta’ Sqallija. Bdejna l-mawra tagħna b’kolazzjon ħafif f’Pozzallo u minn hemm tlaqna Noto – belt Barokka b’numru sabiħ ta’ knejjes b’zuntieri għolja u mtarrġin. Minn hemm tlaqna lejn Marzamemi, villaġġ imiss mal-baħar u magħruf għas-sajd. Doqna ħafna ikel tipiku Sqalli u ma naqasx ix-xiri wkoll. Għal ħabta tas-sagħtejn morna nieklu ikla iklun kif jafu jservu l-Isqallin. M’għandnix xi ngħidu, kulħadd ħareġ żaqqu mimlija! Ma naqasx xi ftit xiri minn ċentru kummerċjali tal-lokal. Tlaqna lura lejn Malta mgħobbijin imma kuntenti.

Ms S Abela

Assistent Kap

20161022_120318