Ċertifikat ta’ Eċċellenza fil-Coding

L-iskola tagħna ngħatat Ċertifikat ta’ Eċċellenza fil-Coding Literacy. Dan l-għarfien ingħatalna għan-numru konsiderevoli ta’ attivitajiet fil-coding li għamilna matul is-sena 2019Fi kliem sempliċi, Coding hu meta tikkmanda oġġett biex imur minn post għal ieħor billi tispeċifika kull pass u azzjoni li dan l-oġġett irid jagħmel sabiex jasal fil-post li tridu jasal. Dan huwa bbażat fuq il-ħsieb loġiku li hi ħila bażi għal diversi affarijiet, fosthom biex persuna tkun tista’ tipprogramma programmi tal-kompjuters.
Nirringrazzjaw minn qalbna lill-għalliema kollha tal-iskola tagħna – minn dawk tal-kinder sa dawk tal-primarja – għall-kooperazzjoni u l-ħidma tagħhom, kif ukoll lis-Sur Kevin Grima (HoD Digital Literacy & Tranversal Skills) għas-sapport kontinwu u eċċellenti tiegħu.
R. Peresso

Dinja Waħda

It-Tlieta, 26 ta’ Novembru, l-iskola tagħna kienet mistiedna għall-Awards ta’ Dinja Waħda.  Kienet ġurnata sabiħa, wara ħafna jiem ta’ xita.  Jien, Mr. Peresso, Laura u Kyle tlaqna lejn l-Esplora biex nattendu għal dan l-avveniment.  Hemmhekk kellmuna dwar il-proġetti u s-suċċessi tal-Bird Life kif ukoll tawna ċans induru u nesploraw il-post.  Konna wkoll kburin tal-iskola tagħna meta ħabbru li minn kważi 100 skola li ħadu sehem fil-proġett ta’ Dinja Waħda, aħna ġejna fit-tieni post.  Dan wara li s-sena l-oħra, kull klassi għamlet attivita’.  Għal kull attivita’ ħadna l-punti li ngħaqdu flimkien u bihom ikkompetejna ma’ skejjel oħra.  Grazzi kbira tmur lill-għalliema u LSEs li għamlu dawn l-attivitajiet fil-klassi mat-tfal.
Ms. Sephorah