Parents’ Day

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu ser ikollna l-Parents’ Day.  Dakinhar it-tfal ma jkollhomx skola.  Nitolbukom iżżommu mal-appuntament li jagħtukom l-għalliema.  Matul dik il-ġurnata ser ikun hemm il-fiera tal-kotba fis-sala għal min ikun jixtieq jixtri xi ktieb interessanti.

Grazzi

N. Saliba

kap tal-iskola

Go Blue day in aid of Caritas Malta

Għeżież ġenituri,

Biex nagħlqu l-Be a Buddy Week, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Frar ser nagħmlu Go Blue Day.  Qed nistiednu lit-tfal biex dakinhar jiġu l-iskola libsin casual, basta jkunu libsin xi ħaġa blu, kulur li hu assoċjat mal-anti-bullying.  Qed nistidnihom ukoll biex iġibu €1.  Il-flus miġbura ser jingħataw lill-Caritas Malta, organizzazzjoni li taħdem ħafna ma’ vittmi ta’ inġustizzji u vizzji.

N. Saliba

Kap tal-iskola

goblue-poster