L-iskola Primarja Siġġiewi ngħatat il-Gold Award bħala Book Champion School. Dan l-award ġie mogħti lill-iskola mill-Aġenzija tal-Litteriżmu għall-impenn sħiħ tal-iskola fil-qasam tal-qari.
N. Saliba

Is-somma miġbura mill-istaff, ġenituri u tfal tal-iskola tagħna għal Puttinu huma ta’ 800 ewro. Il-flus mhux kollox, imma żgur li d-donazzjoni tagħna ser tgħin biex tagħti aktar kuraġġ, ittaffi t-tbatija li dawn il-familji għaddejjin minnha u żżid il-possibilita’ ta’ fejqan. Grazzi lil kull min ta d-donazzjoni.
Din hija preżentazzjoni viżiva fuq il-ħajja tagħna l-istudenti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi.
Il-filmat se jbexxqilna tieqa fuq l-ambjent u l-ħajja ġewwa l-iskola tagħna. Dan juri biss ftit mill-attivitajiet li jsiru f’din l-iskola.
Sena skolastika 2016 / 2017
Filmat – Claudine Chircop
F’isem l-istaff kollu u l-istudenti nixtiequ lil kulħadd l-Għid it-Tajjeb!