Matul is-sena skolastika li għaddiet il-klassijiet tat-tielet sena ħadu sehem fi proġett tal- eTwinning li kien jismu ‘This is where I come from’. It-tfal kellhom iċ-ċans jaqsmu informazzjoni dwar ir-raħal tagħhom ma’ tfal minn skejjel oħra permezz ta’ għodda teknoloġiċi differenti. Fl-aħħar ikkomunikaw permezz ta’ Skype u ħadu gost jistaqsu mistoqsijiet dwar l-irħula lil xulxin. Dan il-proġett ġie mogħti l- Quality Label u l-istudenti ġew mogħtija ċertifikat kull wieħed.
Category: News
Teachers’ Day
Bħal kull sena f’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema. B’hekk fl-iskola kellna Special Assembly iddedikata għal dan il-għan. Tifel jew tifla minn kull klassi qraw frażi dwar l-importanza tal-għalliema fil-ħajja tat-tfal u l-ġid li jagħmlu permezz tat-tagħlim. Barra minn hekk l-għalliema ngħataw qronfla bħala apprezzament ta’ dak kollu li jagħmlu għall-ġid tat-tfal tal-iskola kollha.
Grazzi kbira tmur lill-għalliema (teachers, LSAs u KGAs) kollha.
N. Saliba
Animal Awareness Day
Għeżież Ġenituri
L-attivita’ tal- Animal Awareness Day ser issir nhar l-Erbgħa 11 t’ Ottubru fit-8.30am fil-bitħa tal-iskola. Wara t-tberik nitolbukom tieħdu l-annimali magħkom lura d-dar. Din hi attivita’ għat-tfal tal-primarja biss.
Grazzi
N Saliba