Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu hija Parents’ Day għat-tfal kollha tal-kinder u primarja. Dakinhar it-tfal ma jkollhomx skola. Nitolbukom li tiġu fil-ħin tal-appuntament mogħti lilkom mill-għalliema.
Rev. Kim Hurst, bagħtet kartolina u nota ta’ ringrazzjament lill-iskola bħala apprezzament għad-donazzjoni ta’ ikel li bgħatna lill-Food Bank. Grazzi lil kull min ta sehmu f’din l-inizjattiva.
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar saret l-isports day għat-tfal tal-primarja kollha fil-Cottonera Sports Complex. Din kienet ġurnata mimlija logħob għat-tfal. Minbarra logħob differenti kien hemm ukoll żfin. It-tfal kollha ingħataw midalja bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-attivita’. Il-ġenituri u l-għalliema ukoll ipparteċipaw permezz ta’ żewġ logħbiet: tug of war u relay, fejn ikkompetew kontra xulxin! Filfatt din is-sena kienu l-ġenituri li rebħu fiż-żewġ logħbiet!
Grazzi kbira tmur għas-Sur Alan Ellul, Steve Schembri u Denise Camilleri, għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju tal-għajnuna biex ittellgħet din l-attivita’.