ATQuadkids – Fażi Finali

F’April, 13-il student mir-raba’ sena għaddew għall-fażi finali tal-ATQuadkids.  Din hi kompetizjoni tal-atletika bejn l-iskejjel tal-istat, tal-knisja u dawk indipendenti li saret fil-Korsa tal-Atletika ġewwa l-Marsa .  L-istudenti tal-kulleġġ tagħna marru tajjeb ħafna, tant li l-Kulleġġ San Injazju ġie fit-tieni post.  L-istudenti tagħna maru tajjeb ukoll. Fill-fatt 3 minnhom rebħu trofew fid-dixxiplina rispettiva tagħhom.  Owen Borg ġie l-ewwel fis-600m, Skye Tjae Paulusma ġiet it-tieni fis-600m u Amy Gauci ġiet l-ewwel fl-istanding broad jump.
 
Alan Ellul
PE teacher

This slideshow requires JavaScript.

Library week

Bejn it-Tnejn 23 t’April u l-Ġimgħa 27 t’April ġewwa l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi ġiet iċċelebrata Library Week. Kienet ġimgħa mimlija attivitajiet bl-għan ewlieni li nrawmu aktar id-drawwa tal-qari fit-tfal kollha.

Din il-ġimgħa bdiet billi t-tfal kollhom dress as a character from a book day fejn it-tfal ġew lebsin ta’ xi karattru minn ktieb favorit tagħhom. Magħhom it-tfal kellhom iġibu wkoll il-ktieb favorit. Matul il-ġimgħa saru shared reading sessions għat-tfal tal-primarja. Dawn saru fil-prayer space fejn ġie ikkonvertit fi ġnien ta’ kastell. Dawn is-sessjonijiet saru bl-għajnuna ta’ Ms Nadia Zammit, Ms Ritianne Giordimaina, Ms Svetlana Amato li animaw l-istejjer. Attivata` oħra kienet drop everything and read fejn it-tfal kollha tal-primarja kellhom jieqfu u jaqraw ktieb tal-għażla tagħhom.

Fl-aħħar tal-ġimgħa it-tfal kellhom logħba speċjali fejn kellhom sfida biex jaqtgħu liema ktieb kien il-favorit tal-għalliema tal-klassijiet tal-primarja fl-iskola tagħna. Grazzi tmur lil Ms Sandra Abela li ippreparat il-logħba li tant intgħoġbot mit-tfal. Fi ftit kliem kienet ġimgħa mimlija attivitatjiet interessanti fejn it-tfal ħadu gost u ġew imħajra jaqraw aktar kotba.

This slideshow requires JavaScript.

High 5 Mathematics challenge

Għat-tieni sena konsekuttiva l-iskola tagħna ħadet sehem fil-High 5 Mathematics Challenge. Mill-erba’ studenti jirrappreżentawna fil-fażi kwalifikattiva, għadda Luke Debono, student fis-sitt sena. Minn hawn, Luke beda l-mixja tiegħu għat-tieni fażi – dik ta’ training f’workshops differenti. Hawnhekk is-77 student magħżula kellhom opportunità jiskopru u jitrawmu aktar f’higher order problem solving strategies, waqt li jippreparaw portfolio dwar l-iskoperti u l-ħidma tagħhom. It-tielet u l-aħħar fażi kienet dik tat-testing, fejn għandna l-pjaċir inħabbru, li Luke ġie fost l-ewwel 10 studenti f’Malta! Mill-qalb nawguraw lil Luke u nħeġġuh ikompli jħaddem it-talent tiegħu f’dan il-qasam.

Ms S Abela

Assistent Kap

LukeLuke 2