Dyslexia Friendly School Quality Mark

Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Mejju 2018 l-iskola tagħna ngħatat id-Dyslexia Friendly School Quality Mark. Din il-quality mark tingħata bħala rikonoxximent tax-xogħol siewi li jsir mill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola, bis-support ta’ staff mid- dipartiment tal-SpLD u tal-litteriżmu. Din tingħata lil dawk l-iskejjel li addottaw u żviluppaw prattiċi u tagħlim għat-tfal bid-dyslexia. Madankollu t-tagħlim, l-istrateġiji u r-riżorsi multisensorjali li jintużaw biex jgħinu lit-tfal bid-dyslexia, huma ta’ benefiċċju għat-tfal kollha. Dan jirriżulta fl-livell ogħla ta’ edukazzjoni li tilħaq lil kulħadd.

20180621_095809

The Active School Flag

L-iskola Primarja tas-Siġġiewi għadha kif ġiet onorata għat-tieni sena konsekuttiva billi ngħatat The Active School Flag. Din il-bandiera ngħatat bħala rikonoxximent tal-attivitajiet varji tal-edukazzjoni fiżika li jsiru b’mod regolari fl-iskola tagħna. Fost dawn l-attivitajiet nistgħu nsemmu l-Isports Day għat-tfal tal-primarja kollha, Kidlympics għat-tfal tal-kindergartenOlymaths, Braingym li jsir filgħodu waqt l-assembly, mid-day break clubs u ħafna attivitajiet sportivi ġewwa u barra l-iskola.

Din is-sena introduċejna wkoll id-Daily Mile li qed issir mat-tfal kollha li jattendu l-breakfast club. Minbarra l-bandiera li turi l-iskola tas-Siġġiewi bħala SkolAttiva ngħatajna wkoll ċertifikat li ħadna s-Silver Award ta’ kemm nippromwovu l-attivita’ fiżika u sportiva f’din l-iskola.

N. Saliba20180614_113004IMG_5649