Il-Karnival fl-iskola

Din hija forsi l-aktar ġurnata li fiha naraw it-tfal ferħanin.  U għalhekk din il-ġurnata fl-iskola tagħna kienet speċjali.  L-istudenti tagħna miż-żgħar sal-kbar inġabru fis-sala tal-iskola fejn segwew programm divertenti.  L-ewwel kellna żifna minn uħud mill-istudenti, wara żifna minn grupp ta’ ġenituri, oħra mill-caretakers tal-iskola u fl-aħħar mill-għalliema tagħna.  Dawn ġew imħarrġa minn Ms Stephanie b’dedikazzjoni kbira.  Dr Pace, l-għalliem tal-mużika, ħarreġ studenti tat-Tieni Sena li taw preżentazzjoni mużikali ta’ Carnival drumming.  Fl-aħħar l-istudenti telgħu fuq il-palk klassi klassi sabiex kulħadd seta’ jammira l-kostumi varji li kienu lebsin.

This slideshow requires JavaScript.

Ġabra għal Samuel

Wieħed mill-istudenti tagħna ser ikollu jkompli t-terapija barra minn Malta. Bħala skola nħossu li għandna nagħtu l-għajnuna tagħna. Intom mitluba tagħtu mill-aħjar li tistgħu u tħeġġu lit-tfal jagħtu mill-ftit li għandhom.  Il-flus jinġabru mill-għalliema għada l-Ħamis 14 ta’ Frar u l-Ġimgħa 15 ta’ Frar 2013.

Grazzi tal-ġenerożita` tagħkom.

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola