Half-Yearly tests reminder for Years 4, 5, 6

It is the time for half-yearly tests for Years 4, 5, 6. Tests will be held on Tuesday 19th, Wednesday 20th and Thursday 21st February 2013.

(Year 6 have another session on Friday too.)

For those sitting for the tests, school finishes at midday or 12.10 according to the timetable we sent you.

Pupils should wear their P.E. tracksuit to feel more comfortable.

Obviously they should come to school with a jacket since it is cold.

Good luck. Do your best and keep calm. I am sure you will do well.

Mr P Decelis

Head of School

L-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għal din is-sena.

Fil-15 ta’ Frar saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għal din is-sena. Ġew diskussi r-regoli ta’ mġieba u ġew deċiżi r-rwoli fil-kunsill fosthom dawk tal-president, viċi president, segretarju, teżorier u pro. Dawn il-membri ser jibqgħu fil-karigi tagħhom sakemm terġa’ ssir elezzjoni ġdida f’ Jannar 2014.

ROLES

This slideshow requires JavaScript.

Story-telling mat-tfal tal-Kinder 2

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Frar, l-istudenti ta’ Ms Maria u Ms Jessica fil-Kinder 2 kellhom attività interessanti ħafna li l-għan tagħha kien li l-istudenti tagħna jibdew iħobbu l-qari sa minn età żgħira. Għal din l-attività kienu mistiedna l-ġenituri li ħadu sehem attiv mat-tfal. L-ewwel it-tfal kantaw mal-kanzunetta Old McDonald u wara ġiet moqrija storja fuq l-istess tema jiġifieri annimali tar-razzett. Wara l-istudenti tagħna ġew murija ideat differenti kif jistgħu jagħtu kulur lil stampa ta’ baqra li bl-għajnuna tal-ġenituri pinġew. Fl-aħħar it-tfal tkellmu dwar l-annimali u l-attività għalqet b’żifna.

This slideshow requires JavaScript.