Ħieni int meta tgħin…..Proġett Tama Kenja 2013

Il-Mission Fund qed jagħmlu talba biex kull tifel u tifla jagħtu xi ħaġa tal-ikel (tonn taż-żejt, corned beef, te’ kafe’, trab tal-ħalib, zokkor, dqiq u għaġin) biex jintbagħtu fil-container li ser jitlaq minn Malta fl-aħħar ta’ Marzu. Dan huwa parti mill-proġett Tama Kenja li jinvolvi bini ta’ blokka fi skola ġewwa Bakanga li tilqa’ ‘l fuq minn 500 student li ġejjin minn familji foqra. Ħafna minn dawn it-tfal iridu jgħixu wkoll fl-istess skola minħabba li jgħixu ‘l bogħod mid-dar u l-mezzi tat-trasport mhumhiex adegwati. Inħeġġukom tkunu ġenerużi billi tibagħtu l-oġġetti l iskola sa nhar l-Erbgħa 2o ta’ Marzu, biex inkunu fil-ħin biex ngħadduhomlhom.

Nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġenerożita’ tagħkom.

Ħarġa għal żmien l-Għid

Fuq talba tagħkom, il-ġenituri tal-kunsill skolastiku se jorganizzaw buffet breakfast  bħala ħarġa għal żmien l-Għid. Il-prezz jinkludi t-trasport, il-buffet breakfast, it-tombla u t-tifkira.

Data: 21 ta’ Marzu 2013

Ħin: 8.45am

Post : The Waterfront Hotel, The Strand, Gzira

Prezz : €12

Tluq : Minn Triq it-Tabib Nikola Zammit

Tistgħu tibbukkjaw mal-ġenituri tal-kunsill skolastiku sa mhux aktar tard mill-Ħamis 14 ta’ Marzu.

Annabelle: annabelle.grech@gmail.com

Diana: borgdiana@hotmail.com / 79978257

Simon: simonscicluna@yahoo.com  /  99404324 (Christine)