Preparazzjoni Għas-Sena Skolastika li Jmiss

Hekk kif spiċċat Skolasajf, fl-iskola tas-Siġġiewi bdew ħafna preparamenti sabiex l-iskola tkun tista’ tilqa’ l-istudenti kollha li jammontaw għal 560.  Filfatt beda x-xogħol fejn inħarġu cupboardsbook shelvescharts , riżorsi, mwejjed u siġġijiet żejda minn ġol-klassijiet ħalli jibqa’ biss il-minimu ta’ għamara skont il-protocols għall-ftuħ tal-iskejjel. Nixtieq nirringrazzja l-edukaturi kollha li ġew l-iskola biex jgħinu f’dawn ix-xogħlijiet.  Nixtieq nirringrazzja ukoll lill-minor staff u ħaddiema mill-kulleġġ taħt it-tmexxija tas-Sur Philip Galdes tal-ħidma tagħhom biex tbattlu l-klassijiet.

Ms N Saliba

Kap tal-iskola

Ftit mill-għamara u riżorsi li kellhom jinħarġu mill-klassijiet:

Id-dehra l-ġdida tal-iskola:

New Bicycle Rack

Fuq talba tagħkom il-ġenituri, twaħħlet bicycle rack ħdejn l-entratura tal-iskola li tagħti għal Triq l-iskola. Min jixtieq li juża r-rota bħala mezz ta’ trasport, issa jista’ jagħmel dan peress li r-roti jistgħu jintrabtu mal-bicycle rack. B’hekk qed inkomplu nippromwovu stil ta’ ħajja tajba, b’saħħitha u sana.
N Saliba
Kap Tal-Iskola

Ċertifikazzjoni bħala Skola eTwinning

Għat-tieni darba konsekuttiva, l-iskola tagħna ġiet rikonoxxuta bħala Skola eTwinning.  Permezz tal-preżentazzjoni qasira t’hawn taħt tistgħu tifhmu aħjar xi tfisser li tkun Skola eTwinning u l-benefiċċji marbuta magħha.  Din il-preżentazzjoni ġiet mogħtija matul ċerminonja virtwali li saret il-ġimgħa l-oħra biex tiġi ċċelebrata din il-kisba tal-iskola tagħna flimkien ma’ ħmistax-il skola oħra minn madwar Malta.