Tagħlim Kumplimentari

Għeżież ġenituri,

Kif tafu, f’dawn il-ġimgħat li għaddew, l-għalliema kumplimentari kienu qegħdin jippreparaw żewġ attivitajiet fil-ġimgħa mmirati lejn it-tfal li jattendu l-lezzjonijiet kumplimentari. Dawn l-attivitajiet, li ttellgħu fuq is-sit tal-iskola, jinvolvu kemm kitba, kif ukoll qari. F’dan kollu qed nippruvaw nilħqu l-ħiliet u l-abiltajiet differenti tat-tfal.

Mil-lum ‘l quddiem, taħt kull attività, għandkom tibdew issibu l-indirizz elettroniku tal-għalliema kumplimentari. Inheġġukom tibagħtu ritratti tax-xogħol tat-tfal, kummenti, u anke xi mistoqsijiet li jista’ jkollkom, lill-għalliema kumplimentari.

Bħalissa l-għalliema qegħdin jaħdmu fuq video clips li se nibdew nibagħtulkom fil-ġimgħat li ġejjin.

Grazzi

Ms I Mizzi

Assistent Kap

Complementary Activity No. 4

Qed nibgħat din il-lista ta’ kliem biex it-tfal jispelluh u jitgħallmu jaqrawh. Il-kliem huwa kollu tal-istess mudell (kvkkv). Tistgħu tipprintjaw u tqasqsu l-kliem fi flashcards billi tużaw dan il-fajl : lista ta’ kliem

Meta jitgħallmu jaqrawh, intom il-ġenituri/kustodji, tistgħu taqraw kelma kelma lit-tfal biex huma mbagħad jiktbuh.

Xi attivitajiet oħra li jistgħu jagħmlu t-tfal huma dawn:

  1. Ikteb l-artiklu quddiem kull kelma
  2. Żid kelma oħra ma’. Eżempju : festa sabiħa
  3. Ikteb sentenzi bil-kliem

Inħeġġeġ lit-tfal biex jaqraw kuljum.

Tislijiet mill-qalb lit-tfal kollha!  🙂

Ms Glorianne Abela