Category: Circulars
Avviżi
Għeżież Ġenituri
Nixtiequ ninfurmawkom li l-15 ta’ April, Jum iċ-Ċelebrazzjoni huwa jum fejn niċċelebraw il-ħiliet tal-istudenti tagħna. Dakinhar jingħataw premjijiet għal diversi ħiliet varji. Il-ġenituri huma mistiedna BISS b’invit. Dakinhar l-iskola tispiċċa f’12:00 għat-tfal tal-Year 1 sal-Year 6 u f’11:45 għat-tfal tal-Kindergarten.
Fis-6 ta’ Mejju ser issir l-Open Day. Dakinhar il-ġenituri kollha huma mistiedna jiġu l-iskola u jidħlu fil-klassijiet. Aktar dettalji ngħadduhomlkom aktar tard.
Grazzi
Ms N Saliba
Tfakkira
Għeżież Ġenituri
Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 15 ta’ April huwa Jum iċ-Ċelebrazzjoni, b’hekk l-iskola tispiċċa f’nofsinhar għat-tfal kollha tal-Year 1 sal Year 6.
It-tfal tal-Kindergarten jispiċċaw kwarta qabel jiġifieri fil-11.45am.