Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Category: Circulars
Laqgħa dwar id-Dixxiplina Pożittiva
Għeżież ġenituri
Ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha dwar id-dixxiplina pożittiva u kif din twassal għall-imġiba tajba. Il-koperazzjoni bejn l-iskola, il-ġenituri u l-istudenti hija essenzjali biex dan il-għan jintlaħaq. Għalhekk ser issir laqgħa t-Tnejn 6 ta’ Frar fid-9.00am fis-sala tal-iskola. Il-kelliema ser ikunu Ms Alison Farrugia, Prefect of Discipline u Ms Deborah Sciberras, Anti-Bullying Guidance Teacher. Inħeġġukom tattendu għal din il-laqgħa importanti.
Grazzi
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola
Final External Review Report Siggiewi Primary School
Għeżież Ġenituri
Bħalma tafu f’ Novembru l-iskola Primarja Siġġiewi kellha evalwazzjoni esterna mill-Uffiċċjali Edukattivi bil-għan biex jaraw kif sejra l-iskola u kif jista’ jkun hemm titjib kemm fit-tmexxija, fit-tagħlim u fl-ambjent tal-iskola. Bi pjaċir nistgħu ngħidu li r-rapport kien ferm pożittiv u jagħti kuraġġ lil kull min b’xi mod jew ieħor qed jagħti kontribut fl-edukazzjoni tat-tfal f’din l-iskola.
Ir-rapport komplut tistgħu taqrawh billi tagħfsu hawn.
Grazzi
N. Saliba
Kap tal-iskola