Tfakkira – Kwestjonarju għall-Ġenituri

Bħal kull sena, qed nitolbukom biex twieġbu ftit mistoqsijiet relatati mal-iskola tagħna. Hu mistenni li ma tiħdux aktar minn 5 minuti biex tweġbuhom kollha.  Dan nagħmluh biex nidentifikaw fejn, fl-opinjoni tagħkom, l-iskola sejra tajjeb u fejn nistgħu naħdmu biex nitjiebu aktar.  Għaldaqstant l-għajnuna tagħkom f’dan ir-rigward hija imprezzabbli.

Ħajjitna fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi – April 2017

Din hija preżentazzjoni viżiva fuq il-ħajja tagħna l-istudenti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi.

Il-filmat se jbexxqilna tieqa fuq l-ambjent u l-ħajja ġewwa l-iskola tagħna. Dan juri biss ftit mill-attivitajiet li jsiru f’din l-iskola.

Sena skolastika 2016 / 2017

Filmat – Claudine Chircop

F’isem l-istaff kollu u l-istudenti nixtiequ lil kulħadd l-Għid it-Tajjeb!

Kwestjonarju għall-ġenituri