Kwestjonarju għall-ġenituri

Bħal kull sena, qed nitolbukom biex twieġbu ftit mistoqsijiet relatati mal-iskola tagħna. Hu mistenni li ma tiħdux aktar minn 5 minuti biex tweġbuhom kollha.  Dan nagħmluh biex nidentifikaw fejn, fl-opinjoni tagħkom, l-iskola sejra tajjeb u fejn nistgħu naħdmu biex nitjiebu aktar.  Għaldaqstant l-għajnuna tagħkom f’dan ir-rigward hija imprezzabbli.
Il-kwestjonarju huwa anonimu u ser jibqa’ miftuħ sat-Tnejn 16 ta’ April.
Biex twieġbu l-kwestjonarju, jekk jogħġobkom, idħlu fil-link t’hawn taħt.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola

https://www.surveymonkey.com/r/NNFQBSN

World Down Syndrome Day

Għada, il-21 ta’ Marzu, hija ġurnata ddedikata għal persuni bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome.  Aħna ser niċċelebraw din il-ġurnata billi ningħaqdu mal-kampanja #lotsofsocks  u min irid, jiġi l-iskola liebes kalzetta kulur u kalzetta kulur ieħor.  Lil hinn, mill-kulur tal-kalzetti, l-aktar ħaġa importanti hi li niffukaw fuq dak li huma kapaċi jagħmlu persuni bid-Down Syndrome u li nirrealizzaw li anke huma għandhom id-drittijiet tagħhom.