Avviż

Għeżież Ġenituri

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Mejju ser ikollna l-fotografu l-iskola biex jieħu r-ritratti lit-tfal.  Dakinhar nitolbukom biex it-tfal jiġu lebsin l-uniformi tax-xitwa biex ikunu puliti għar-ritratt.

Minn nhar it-Tnejn it-tfal kollha jistgħu jiġu lebsin l-uniformi tas-sajf peress li diġa bdiet is-sħana (minbarra l-Erbgħa minħabba r-ritratt).

Grazzi dejjem tal-koperazzjoni tagħkom.

N. Saliba

Siggiewi Primary – Learn Grow Achieve

Din hija preżentazzjoni viżiva fuq il-ħajja tagħna l-istudenti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi fis-sena skolastika 2017 / 2018. Il-filmat se jbexxqilna tieqa fuq l-ambjent u l-ħajja ġewwa l-iskola tagħna. Dan juri biss ftit mill-attivitajiet li jsiru f’din l-iskola.

Filmat miġbud minn Claudine Chircop, għalliema tar-raba’ sena

 

Tfakkira

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 13 t’April it-tfal tal-kinder jispiċċaw skola f’11.45, filwaqt li t-tfal tal-primarja jispiċċaw skola f’12.00.

Fl-għaxija ser ikun hemm Celebration Day għat-tfal kollha tas-sitt sena, tfal li se jieħdu xi premju u tfal tal-choir.  Importanti li jiġu biss dawk il-ġenituri li ngħataw invit.  L-invit jgħodd għal żewġ persuni adulti BISS, jiġifieri mhux permess li jiġu tfal żgħar. Nitolbukom li ġġibu l-invit magħkom.  Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom sabiex din l-attivita’ tkun verament ċelebrazzjoni li tibqa’ fil-memorja tat-tfal.

Grazzi

N. Saliba