Green Day

Nhar it-Tlieta, 27 ta’ Novembru ser norganizzaw Green Day.  Dakinhar l-istudenti kollha tal-iskola ser jiżirgħu żerriegħa ta’ siġar indiġeni, jiġifieri siġar li ssibhom b’mod naturali ġewwa Malta.  Dawn ser jinżergħu ġewwa kartun tal-ħalib kbir vojta u kompost. Għaldaqstant qed nitolbukom biex tibagħtu kartuna tal-ħalib vojta u nadifa sa nhar it-Tnejn, 26 ta’ Novembru.  Dakinhar tal-attività, jiġifieri fis-27 ta’ Novembru, it-tfal kollha jistgħu jiġu libsin flokk jew qmis ħadra u jeans.  Qed nitolbukom ukoll biex tibagħtu €1 sabiex inkompru l-ispejjeż tal-kompost.

R. Peresso

Tfakkira

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru għandkom appuntament biex tkellmu lill-għalliema ta’ uliedkom.  Nitolbukom li tkunu fil-qosor minħabba li l-ħin hu limitat ħafna. Tfal li jiġu mal-ġenituri għandhom joqogħdu mal-ġenituri u ma jagħmlux storbju jew ikun hawn xi ġiri fl-iskola.

Dakinhar fid-9.00 ser ikun hawn laqgħa informattiva dwar il-kura tax-xagħar għall-ġenituri kollha.

Fis-sala ser ikun hawn għaddejja l-fiera tal-kotba minfejn tistgħu tixtru xi kotba interessanti.

Grazzi

N Saliba