Down Syndrome Awareness Day

Nhar il-Ħamis, il-21 ta’ Marzu, hija ġurnata ddedikata għal persuni bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome.  Aħna ser niċċelebraw din il-ġurnata billi, bħalma għamilna s-sena l-oħra, min irid, jiġi l-iskola liebes kalzetta kulur u kalzetta kulur ieħor.  Lil hinn, mill-kulur tal-kalzetti, l-aktar ħaġa importanti hi li niffukaw fuq dak li huma kapaċi jagħmlu persuni bid-Down Syndrome u li nirrealizzaw li anke huma għandhom id-drittijiet tagħhom.

R. Peresso

Avviż

Aċċess għall-marki tal-Assessjar Kontinwu

Mil-lum, 28ta’ Frar, intom il-ġenituri tat-tfal fir-raba’, fil-ħames u s-sitt sena ser ikollkom aċċess onlajn għall-marki tal-assessjar kontinwu ta’ uliedkom. Biex tagħmlu dan idħlu http://mis.edu.mt għafsu fuq Guardians  u lloggjaw bl-użu tal-e-ID.  F’każ li għal xi raġuni jew oħra m’għandkomx eID, tistgħu tużaw l-email tal-ilearn u l-password ta’ uliedkom.  Il-ġenituri tat-tfal fit-tielet sena jistgħu jużaw l-istess proċedura.

Access to Continuous Assessment marks

As from today, 28th February, the parents of pupils in years 4, 5 and 6, can access the continuous assessment marks of their children online.  Go to http://mis.edu.mt click on Guardians and log using your eID credentials.  If for some reason or another you cannot access the eID, you can use the ilearn email and password of your child. Parents of pupils in year 3 can use the same procedure.