Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Mejju Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Category: Circulars
Kwestjonarju fuq l-użu tat-tablets fil-klassijiet
Għeżież ġenituri, id-Direttorat tal-Edukazzjoni ħareġ kwestjonarju fuq l-użu tat-tablets fil-klassijiet tar-raba’, tal-ħames u s-sitt sena. Inħeġġukom biex tagħfsu fil-link t’hawn taħt u tipparteċipaw fih.
https://www.surveymonkey.com/r/CX9R8V5?lang=mt
R. Peresso
Avviż
Il-ġenituri li huma mistednin għal Jum iċ-Ċelebrazzjoni nhar it-Tlieta 16 t’April fis-6.30pm huma mitluba li jġibu l-invit magħhom u jippreżentaw fid-dħul tas-sala.
Nixtiequ nfakkrukom li l-invit jgħodd għal tnejn min-nies adulti biss.
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.
N. Saliba