Avviż – 19 ta’ Diċembru 2019

Nixtiequ ninfurmaw lill-ġenituri kollha li nhar il-Ħamis l-iskola tispiċċa fis-2.15 għat-tfal tal-kinder u fis-2.30 għat-tfal tal-primarja.  Minkejja li aħna nħeġġukom tħallu lit-tfal l-iskola sal-aħħar, għal dawk li minħabba xi raġuni jkollhom bżonn jieħdu lit-tfal qabel, huwa importanti li dan isir wara l-kunċert tal-Milied. Huwa importanti wkoll li t-tfal jinġabru minn ħdejn l-uffiċċju tas-segretarja u l-ġenituri jiffirmaw fuq il-ktieb apposta għal min joħroġ mill-iskola qabel il-ħin normali.
Nitolbukom biex ma jkunx hemm ġenituri fil-kuruturi la waqt il-kunċert u lanqas wara li jispiċċa l-kunċert.
Nixtiequ nfakkrukom li huwa importanti li ġġibu l-biljett li qassamna (2 biljetti lil kull familja, wieħed għal missier u ieħor għall-omm) biex tidħlu fis-sala għall-kunċert tal-Milied.
Grazzi
N Saliba

Avviż – 20 ta’ Diċembru 2019

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru fl-iskola jkun hemm il-purċissjoni bil-Bambin u wara l-party tat-tfal li jispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder, filwaqt li l-party għat-tfal tal-primarja jispiċċa f’12.00.  Wara l-party it-tfal jinżlu mal-għalliema fil-foyer u joħorġu klassi, klassi bħas-soltu.

F’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja Siġġiewi, nixtieq nawguralkom Milied Ħieni u s-sena t-tajba lilkom u lill-familji tagħkom.

Grazzi

Ms N. Saliba