Ċirkulari ta’ Frar

Għeżież ġenituri

1. Laqgħa għall-ġenituri: Kif ngħinu lil uliedna fil-Matematika. Infakkrukom li għada l-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 fis-1pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tal-primarja dwar kif tgħin lil uliedek bi strateġiji ta’ ikkalkular. Il-ġenituri tal-Kinder li jixtiequ jattendu jistgħu jagħmlu dan. Inħeġġukom tattendu għall-ġid ta’ uliedkom. Dħul mill-bieb tas-sala.
2. Inħeġġukom ukoll tattendu għall-ħarġa interessanti li qed jorganizzaw il-ġenituri tal-Kunsill fiil-5 ta’ Frar.
3. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Frar 2013 l-iskola tispiċċa f’nofsinhar. Peress li ser ikollna attivita’ tal-karnival, it-tfal jistgħu jiġu lebsin kostum jew ilbies casual.
4. Il-11 u 12 ta’ Frar huma vaganzi tal-karnival.
5. Eżamijiet ta’ nofs is-sena: 19, 20, 21 ta’ Frar. 22 ta’ Frar: Reliġjon għas-6 sena biss. Aktar dettalji f’ċirkolari oħra.

Grazzi
P Decelis
Kap tal-iskola

ĊIRKULARI TAL-MILIED 2012

1. Wasalna fl-aħħar ġimgħa tas-sena 2012!  Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom matul is-sena.  Flimkien irnexxielna mmexxu ‘l quddiem it-tagħlim tat-tfal tagħna.  Ser nibgħatulkom in-Newsletter tal-Milied. Nisperaw li togħġobkom. Hija mimlija informazzjoni u xogħol tal-istudenti. Duruha u ħudu nota tal-attivitajiet mill-Kalendarju li jinsab fiha.

2. Nhar il-Ħamis 20 ta’ Diċembru 2012 ser jittella’ l-Kunċert tal-Milied fl-iskola.  Il-ġenituri tat-tfal kollha huma mistiedna. Il-concert jibda fid-9.15am. Il-bieb jinfetaħ fid-9am. Ovvjament it-tfal jixtiequ li jkollhom udjenza! Għalhekk hija ħasra jekk il-ġenituri jitilqu wara li jaraw lit-tifel/tifla tagħhom. Huwa ppjanat li l-attivita’ iddum xi sagħtejn.  Ser ikollna fotografu biex jieħu ritratti professjonali u anke vidjo.

 3. Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru hi l-aħħar ġurnata u jsiru l-parties. Dawn jispiċċaw f’nofsinhar.

 4. Qed nibgħatulkom ukoll informazzjoni dwar l-elezzjoni tal-Kunsill  Skolastiku 2013 – 2014. F’nofs Jannar ninfurmawkom jekk kienx hemm aktar minn 3 nominazzjonijiet mill-ġenituri.  Jekk iva ssir elezzjoni fit-18 ta’ Jannar 2013.  F’dak il-każ inħeġġukom tiġu l-iskola tivvutaw.

 5. Qed nibgħatulkom ukoll informazzjoni dwar kors tal-First Aid li ser norganizzaw apposta għalikom f’Jannar 2013.  Importanti li tapplikaw immedjatament.

 6. Ser issir żifna tal-ġenituri għall-karnival. Min jixtieq jieħu sehem għandu jattendi għar-rehearsals li jibdew nhar it-Tlieta 8 ta’ Jannar 2013 fis-7.30am.

Nixtiqulkom Milied hieni u j’Alla l-2013 iġġib magħha ferħ u saħħa għall-familja tagħkom.

P Decelis

Kap tal-iskola

Buffet Breakfast

Għeżież Ġenituri

Bħala ħarġa għal żmien il-Milied ser norganizzaw buffet breakfast ġewwa “Cavalieri Hotel”.  (Il-buffet breakfast jikkonsisti f’cereal, yogurts, danish pastries, boiled/scrambled eggs, sausages, bacon, cold cuts, fresh fruit, hot chocolate, te’, kafe’ u ħafna aktar) – tiekol kemm trid!

Se jkun hemm logħob tat-tombla għal min irid.

Data:               It-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2012

Ħin:                 8.45am (min-naħa tas-segretarja)

Prezz:              €12.00

Biljetti jinbiegħu sa nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2012 mingħand il-ġenituri t’hawn taħt.  Ħlas mal-booking.  Tingħata tifkira tal-okkażjoni.

Annabelle Grech

Christine Scicluna

Diane Borg