Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Mejju. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Category: Circulars
Laqgħa għall-ġenituri tal-Year 4,5 u 6
Għeżież ġenituri/carers,
It-tfal tagħkom qegħdin jikbru fiżikament, emozzjonalment u psikoloġikament għalhekk huwa importanti li intom bħala ġenituri jew carers issibu l-ħin biex titkellmu u tiddiskutu mat-tfal fuq l-aspett differenti ta’ l-iżvilupp sa minn eta’ żgħira.
Din l-edukazzjoni informali d-dar tiġi kkumplimentatha b’mod formali fis-suġġett tal-PSD (Personal and Social development) fl-iskejjel kollha statali mill-etajiet bikrin u tkompli fis-sekondarja. It-tfal illum huma esposti għal ħafna informazzjoni mill-media u anke minn sħabhom, informazzjoni li mhux dejjem tkun korretta, għalhekk fit-tfal iqumu ħafna dubji, mistoqsijiet u kurżitajiet. L-iskola għalhekk huwa l-post ideali fejn it-tfal jitgħallmu f’ambjent sikur għaliex il-ġisem tagħhom qed jinbidel u kif din il-bidla taffetwahom emozzjonalment u psikoloġikament.
Għal dan il-għan, l-għalliema tal-PSD (Personal and Social Development) fil–Kulleġġ San Injazju qed jorganizzaw laqgħat għall-ġenituri jew carers kollha biex huma jkunu infurmati aħjar fuq it-temi li jiġu ttratati u kif huma jistgħu jitkellmu mingħajr mistħija mat-tfal tagħhom fuq aspetti differenti tal-iżvilupp.
Il-laqgħa għall-ġenituri tal-Year 4,5,6 li jattendu l-iskola Primarja tas-Siġġiewi, ser issir nhar l-Erbgħa 24 ta’ April fis-6pm fis-Sala tal-Iskola fi Triq l-Iskola.
Inħeġġu lil kulħadd jattendi.
Dejjem tagħkom
Josette Attard
Elisa Delia
Doreen Aquilina
Claire Privitera
(L-għalliema tal-PSD)
Il-Kalendarju ta’ April 2013
Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ April. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.