Aqra u Irrifletti – L-ATTITUDNI KOLLOX!

L-ATTITUDNI KOLLOX!

Fi sptar kbir fl-Amerka kien hemm post fejn kont issib il-lifts kollha, telgħin u neżlin il-ħin kollu  t-tlettax -il sular tal-isptar. L-attivita’ kienet kontinwa lejl u nhar. Ġo kull lift  kont issib persuna inkarigata biex iżżomm  l-ordni, torganizza lill-okkupanti u tagħfas il-buttuni hi. Kien xogħol monotonu għall-aħħar u l-persuna ftit li xejn kienet tirċievi grazzi, bejn għax kulħadd kien ikun mgħaġġel u bejn għax kemm il-viżitaturi u anke t-tobba kienu jarawha żejda din il-persuna ġol-lift.

Waħda minn dawn l-operaturi tal-lifts kienet mara anzjana, imkemmxa u bla edukazzjoni. Kienet tasal kuljum l-isptar u tidħol fil-lift tagħha fis-sitta ta’ filgħodu. Kien ikollha kuljum tbissima kbira fuq fommha li kienet mera tal-ferħ li kellha f’qalbha. Kienet qisha bozza dawl f’dak il-bini antik u ta’ dwejjaq. Ħafna mit-tobba kienu joqogħdu  jistennew il-lift tagħha jasal biex jitilgħu fih, anki jekk kien ikollhom jistennew xi ftit u kienu jkunu mgħaġġlin. Imma mhux l-ewwel darba li sabet min joffendiha jew jgħaddiha biż-żmien. Madankollu qatt ma ħalliet lil ħadd idallmilha l-ġurnata tagħha. Kienet taqsam il-ferħ tagħha ma’ kull min kien interessat li jirċevih.

Darba minnhom, tabiba żagħżugħa staqsietha kif jirnexxielha tibqa’ daqshekk ferħana l-ħin kollu. Ix-xiħa tal-lift weġbitha hekk: Jien ma nagħti poter lil ħadd li jbiddilli l-burdata tajba li jkolli kull filgħodu. L-unika ħaġa li nista’ nikkontrolla fil-ħajja hija l-attitudni u r-reazzjoni tiegħi għal dak li jiġrili. Jien dejjem nagħżel li nirrispondi bl-imħabba.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

Stedina għall-Librerija tal-SPLD

Għeżież ġenituri,
 
Kif diġà tafu, il-librerija tal-SpLD toffri varjetà ta’ kotba fuq suġġetti varji għal studenti ta’ etajiet differenti.
 
Għaldaqstant, qed nehmżu informazzjoni bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż dwar l-attivitajiet li se jsiru fil-librerija tal-SpLD.
 
Inħeġġukom tattendu u filwaqt li nsellu għalikom, nisperaw li narawkom.
 
Tislijiet.
 
Dr Christine Firman
Uffiċjal Edukattiv