Aqra u Irrifletti – X’SE JISTAQSIK?

X’SE JISTAQSIK?

Bdejna sena ġdida. U l-ġdid dejjem iġib miegħu tama ġdida u xewqat ġodda. Ma’ kull sena ġdida kulħadd jagħti ħarsa lura u oħra ‘l quddiem. Kulħadd isaqsi: kif għextha li għaddiet? Kif nixtieq ngħixha din li ġejja? Kulħadd jixtieq li din is-sena tkun waħda TAJBA! – almenu tkun waħda aħjar minn dik ta qabilha.

Il-vera mistoqsija hija: xi jfisser li jkollok SENA TAJBA?

Forsi tajjeb li flok nagħmlu l-mistoqsija aħna nħallu lil Dak li tana l-ħajja jagħmlilna l-mistoqsija! Imma hu jsaqsi mistoqsijiet xi ftit differenti minn tagħna. Jekk tagħraf x’mhux se jsaqsik, forsi tagħraf dak li se jsaqsik.

Henjin dawk li jisimgħu l-mistoqsijiet veri li jagħmel Alla. U mberkin aktar dawk li din is-sena jagħrfu jweġbuhom.

Aħseb ftit fuq dawn il-mistoqsijiet u ddeċiedi kif tixtieq twieġeb.

Awguri għas-sena l-ġdida!

  1. Alla mhux ser isaqsik x’karozza kellek jew kont issuq; se jsaqsik lil kemm nies qdejt bil-karozza tiegħek.
  2. Alla mhux ser isaqsik kemm kienet kbira d-dar li kellek; se jsaqsik kemm ilqajt nies ġewwa darek.
  3. Alla mhux ser isaqsik xi ħwejjeġ kellek fil-gwardarobba; se jsaqsik lil kemm nies tajt l-ilbies li kienu jeħtieġu.
  4. Alla mhux ser isaqsik kemm kien l-ogħla salarju li qlajt; se jsaqsik kemm kont onest biex qlajtu.
  5. Alla mhux ser isaqsik x’kien ix-xogħol li kellek; se jsaqsik jekk għamiltux bl-imħabba.
  6. Alla mhux ser isaqsik kemm kellek ħbieb; se jsaqsik ta’ kemm nies kont tassew ħabib.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

Il-Kalendarju ta’ Jannar u avviż għall-Year 6

Dear parents,

this is the January 2014 calendar.

Year 6 parents please note important dates for

1. a special meeting on Fri 24th at Handaq Girls Secondary (where your children will attend next scholastic year) and
2. a transition meeting with our College Counsellor, Ms Carmen Galea at Siggiewi Primary School Hall on the 30th (instead of the 23rd as was previously planned).

Thanks and regards
P Decelis – Head of School

ĊIRKULARI TAL-MILIED 2013

  1. Wasalna fl-aħħar tas-sena 2013!  Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom matul is-sena.  Flimkien irnexxielna mmexxu ‘l quddiem it-tagħlim tat-tfal tagħna.  Ser nibagħtulkom in-Newsletter tal-Milied. Nisperaw li togħġobkom. Hija mimlija informazzjoni u xogħol tal-istudenti. Duruha u ħudu nota tal-attivitajiet mill-kalendarju li jinsab fiha.
  2. Nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru 2013 ser jittella’ l-Kunċert tal-Milied fl-iskola.  Il-ġenituri tat-tfal kollha huma mistiedna. Il-concert jibda fid-9.00am. Il-bieb jinfetaħ fid-8.50am. Ovvjament it-tfal jixtiequ li jkollhom udjenza! Għalhekk hija ħasra jekk il-ġenituri jitilqu wara li jaraw lit-tifel/tifla tagħhom. Huwa ppjanat li l-attivita’ ddum madwar sagħtejn.  Ser ikollna fotografu biex jieħu ritratti professjonali u anke vidjow.
  3. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru hi l-aħħar ġurnata u jsir il-party fil-klassijiet. Ser ikun hemm varjeta`ta’ ikel bnin li għandu jogħġob lit-tfal.(sandwiches, panini, qassatat, pizza, sausage rolls, mini burgers, aranċini, timpana u cupcakes). Il-party jispiċċa f’nofsinhar. (12pm)
  4. Ser issir żifna tal-ġenituri għall-karnival. Min jixtieq jieħu sehem għandu jattendi għar-rehearsals li jibdew nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar fis-7.30am.

 Nixtiqulkom Milied hieni u j’Alla l-2014 iġġib magħha ferħ u saħħa għall-familja tagħkom.

Mr P Decelis

Kap tal-iskola