Nixtieq infakkarkom li għada l-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru, it-tfal tal-Kinder jispiċċaw f’nofsinhar neqsin kwart. Il-Primarja jispiċċaw f’nofsinhar.
Category: Circulars
Jeans Day b’risq il-Caritas
Infakkrukom li l-KUNSILL TAL-ISTUDENTI ser jorganizza JEANS DAY għall-istudenti u l-għalliema kollha nhar it-Tlieta 25 ta’ Novembru 2013.
Għal dakinhar BISS l-istudenti huma mistiedna jigu lebsin jeans (minflok il-qalziet jew dublett tal-uniformi), sport shoes u l-flokk tal-PE kit mal-gakketta tal-PE tracksuit.
Kulħadd huwa mitlub jagħti donazzjoni ta’ €1 jew aktar. Il-flus ser jingabru dakinhar stess mill-membri tal-kunsill tal-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema. Il-flus kollha se jingħataw lill-CARITAS li tant tagħmel ġid lil dawk fil-bżonn f’Malta.
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.
P Decelis
Kap tal-iskola
Il-Kalendarju ta’ Novembru 2014
Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Novembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
