Deliver Us

F’dan iż-żmien tar-Randan niftakru fit-tbatija kbira li batew Sidna Ġesù Krista u ommu Marija.  It-tbatija li batew għalina huma, tgħinna nħarsu minn lenti oħra lejn it-tbatija li nbatu aħna. It-tbatija ssir aktar sapportabbli u ssir mezz kif nistgħu ningħaqdu aktar, bil-fidi tagħna, ma’ Alla. F’dan il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira ħsibna li jkun opportun li naqsmu dan il-filmat magħkom.  Dan il-filmat jitfa’ lenti fuq it-tbatija komuni li l-umanità kollha għaddejja minnha bħalissa.  Il-filmat hu wieħed qawwi u hu intenzjonat għal udjenza matura.  Għaldaqstant nissuġġerixxu li l-ewwel intom il-ġenituri tarawh waħedkom, imbagħad tiddeċiedu intom jekk it-tfal tagħkom għandhomx maturità biżżejjed biex jarawh ukoll.  Id-diska hija meħuda mill-film Prince of Egypt, u turi l-karba (f’forma ta’ talba) tal-poplu Lhudi lil Alla biex jeħilsu mit-toqol u t-tbatija li kien għaddej minnu meta kien fil-jasar ġewwa l-Eġittu.

R. Peresso

Online Sessions for Parents/Guardians to be held between April – June 2020

The Institute for Education is accepting applications from parents/guardians interested in following online Parental/Guardian Sessions commencing April – June 2020. These sessions are delivered in two different formats: asynchronous (self-paced) or synchronous (live).

For more details please see pdf file below:

Letter Circular IfE 24.2020 – Online Sessions for Parents-Guardians to be held between April – June 2020

Note about Kindergarten Activities

Għeżież Ġenituri
Kif tafu f’dawn l-aħħar jiem il-Kindergarten Educators kienu qed jaħdmu flimkien ma’ Ms Mizzi, sabiex kuljum itellgħu fuq il-websajt tal-iskola, żewġ attivitajiet li jistgħu isiru mat-tfal li jattendu l-kindergarten. S’issa hemm b’kollox aktar minn 25 attivita’ differenti – minjiera ta’ ideat li għandhom jintużaw spiss mat-tfal sabiex jitrawmu fihom ħiliet bażiċi.
Ħassejna li matul żmien l-Għid għandna nieqfu ftit u nerġgħu nibdew inttellgħu attivitajiet ġodda minn nhar it-Tnejn 20 t’April.
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom
L-Amministrazzjoni tal-Iskola
Dear Parents
As you are aware, during the past days, Kindergarten Educators have been working together with Ms Mizzi, to upload, on a daily basis, activities which are suitable for children attending kindergarten. To date there are more than 25 different activities – a wealth of ideas that can be used  again and again to help the children develop their basic skills.
We feel that during Easter time, we should stop for a little while. We will continue uploading new activities as from Monday 20th April.
Thanks for your cooperation
The School Administration