Elezzjoni għall-Kunsill tal-Istudenti Ġdid u n-Nominazzjonijiet

Wasal iż-żmien sabiex issir elezzjoni u jiġi elett kunsill tal-istudenti ġdid li jservi bejn Jannar 2012 u Diċembru 2012.

Jekk hemm xi tfal li jħossu li jistgħu jagħtu servizz lill-iskola u lil sħabhom l-istudenti f ‘dan il-kunsill huma mħeġġa sabiex jagħmlu l-kuraġġ u joħorġu għall-elezzjoni. Fl-istess waqt huwa mportanti ħafna li minn issa t-tfal joqogħdu attenti wkoll li jinnutaw jekk wħud minn sħabhom għandhomx xi kapaċitajiet li jservu f’ dan il-kunsill sabiex ikunu jistgħu iħajruhom u jinkoraġġuhom joħorġu għall-elezzjoni.

In-nominazzjonijiet għall-Kunsill tal-Istudenti l-ġdid huma miftuħin. Min hu interessat għandu jiġbor formola mingħand l-għalliema tal-PSD nhar il-Ħamis li ġej wara t-tieni laqgħa li ser ikollhom fuq x’jinvolvi fil-kunsill tal-istudenti jew  iniżżel il-formola minn hawn:

NOMINATION FORM FOR PUPIL COUNCIL 2012

In-nominazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2012.

Ms C. Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

Il-festa ta’ San Nikola

Biex titfakkar il-festa ta’ San Nikola, nhar it-Tlieta 6 ta’ Diċembru, l-iskola Primarja tas-Siġġiewi  organizzat festa f’ġieh dan il-qaddis.  Mill-iskola ħarġet purċissjoni bl-abbatini, tfal iġorru statwa ta’ San Nikola u tifel liebes tal-qaddis patrun.  Membri tal-iScouts u l-banda San Nikola tas-Siġġiewi akkumpanjaw il-purċissjoni.  It-tfal kollha tal-iskola ħadu sehem f’din il-purċissjoni li bdiet mill-iskola u mxiet sal-pjazza tar-raħal.  Matulha spikka l-entużjażmu u ċ-ċapċip tas-Siġġiwin li bħas-soltu attendew bi ħġarhom. 

Minn fuq id-djar u l-każini tal-baned inxteħtu l-karti li komplew ħolqu atmosfera ta’ festa.  Il-purċissjoni daħlet fil-knisja fejn ġiet ikkonċelebrata quddiesa biex titfakkar il-275 sena mill-miġja tal-vara ta’ San Nikola fis-Siġġiewi.

This slideshow requires JavaScript.

Jeans Day

Today was an unusual day at St Ignatius College, Siggiewi primary as all the staff and children at our school dressed down and wore jeans against a donation of 50c. The members of the pupils’ council came up with this idea. They themselves collected the money from each class and also from the administration, secretarial staff and other subject teachers. This fundraising activity originated in aid of Caritas. The total money collected will be announced on Monday.

 Ms C Chircop

Link Teacher for Pupils’ Council

This slideshow requires JavaScript.