Nirriflettu ftit:- Il-Qawwa Meta Naħsbu Pożittiv fil-Ħajja ta’ Kuljum.

                     Merħba għeżież ġenituri u “carers”, reġa’ għadda xahar ieħor.  Dan ix-xahar iddeċiedejna li niffukaw fuq tema li ħafna drabi ftit nagħtu kasha u forsi ħafna minnkom ma jagħtuhiex daqshekk importanza fil-ħajja tagħhom.

B’liema mod tħarsu lejn ħajjitkom?  Liema doża ta’ pożittivita’ hemm fil-mod kif taħsbu?  Mhux faċli li nkunu pożittivi dejjem jew il-ħin kollu, imma ma nagħmlux ħażin li nibdew nemmnu fil-qawwa li ħsieb pożittiv jista’ jħalli f’ħajjitna.

Naħsbu b’mod pożittiv jgħinna nilħqu għanijiet f’ħajjitna, anki dawk li huma diffiċli.  Hemm żewġ aspetti importanti li jiġu affetwati meta jirnexxilna naħsbu b’mod pożittiv.

«  L-attitudni b’mod ġenerali ta’ kif niffaċjaw u naraw il-ħajja.  Din l-attitudni ser taffetwa il-mod kif naħsbu, kif ser ninterpretaw dak li jiġrilna u b’liema mod nikkontrollaw l-esperjenzi tagħna.

«  Kif naraw lilna nfusna, xi stima għandna tagħna infusna u kif naħsbu li l-oħrajn jarawna.  Dan kollu ser jaffetwa l-kunfidenza fina nfusna, l-imġiba u r-relazzjonijiet tagħna mal-oħrajn kemm ma’ dawk l-aktar viċin tagħna u anki mal-kumplament tad-dinja.

Naħsbu pożittiv ifisser inħarsu b’lenti ta’ tama lejn id-dinja.  Huwa il-mod ta’ kif l-affarijiet jagħmlu sens għalina, li nkunu sinċiera magħna nfusna l-ewwel u qabel kollox.  Minn hekk ser jiddependi ħafna kif nagħrfu u nifhmu l-problemi li niffaċjaw f’ħajjitna. Jgħinna nifmhu iktar l-azzjonijiet u l-emozzjonijiet tagħna.  Filfatt meta nagħżlu li nkunu pożittivi l-problemi nibdew nitgħallmu narawhom opportunitajiet li bihom nistgħu nikbru.  Nibdew nindunaw li aħna miftuħin għal possibiltajiet f’ħajjitna li jagħmluna aktar sodi li nidħlu bi sfida quddiem diffikultajiet.

Meta uliedna jarawna naġixxu hekk, inkunu qed ngħaddulhom messaġġi ta’ kif ikunu verament b’saħħithom fil-karattru.  Kif jgħid tajjeb il-Malti l-eżempju jkaxkar.  Mela attitudni pożittiva ser toħloq xi ħaġa oħra pożittiva f’uliedna u m’hemmx għalfejn tkun xi ħaġa li ser tiġri dak il­-ħin stess imma ssir għodda li t-tfal jistgħu xi darba jużaw f’xi sitwazzjoni li jsibu ruħhom fiha!

Hawn ftit suġġerimenti żgħar biex nirnexxu nkunu pożittvi.  Qabel xejn importanti li nifmhu sewwa u nipprattikawhom spiss kemm jista’ jkun sakemm isiru kważi awtomatiċi:-

  1. Emmen fil-kapaċitajiet tiegħek biex tirnexxi f’dak li tixtieq tagħmel. Emmen li l-futur tiegħek tista’ tagħmlu aħjar billi temmen dejjem f’dak li tagħmel.
  2. Emmen li int kapaċi tikkontrolla dak li taħseb u li b’xi mod ser jirnexxilek tasal fejn trid.

Tislijiet,

Josette Attard

Elisa Delia

Doreen Aquilina

Yr 1 Ms Claudine’s class (2011/2012) awarded the European Quality Label

During Scholastic Year 2011/2012, Year 1 Sunflowers participated in an eTwinning project called Spoony goes around the World. Lately this project was awarded the 2012 European Quality Label.

The European Quality Label is a second mark of success, awarded to schools whose project partners have received a National Quality Label and have been put forward by their National support service. The European Quality Label is awarded only once a year, these projects will now feature on the eTwinning Portal. Only receivers of the European Quality Label can apply for and win a European Prize. As of 2012, European Quality Labels are not being awarded automatically but have to be nominated by at least one National Support Service after a rigorous screening process. Well done to all the teachers and students involved!

This slideshow requires JavaScript.

Kif Inħarsu lil Uliedna mill-Abbuż – Laqgħa għall-ġenituri tal-Kindergarten u tal-Year 4

Għeżież ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom fil-laqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru 2012 fid-9.00 ta’ filgħodu fil-Kulleġġ San Injazju Primaja Siġġiewi bit-titlu Kif Inħarsu lil Uliedna mill-Abbuż.  Din ser issir minn Ms. Moira Sammut, guidance teacher mit-taqsima taċ-Child Safety Services tas-Servizzi Edukattivi u Psikosoċjali tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.

Għalhekk inħeġġukom biex tattendu għal din il-laqgħa importanti li eventwalment jibbenefikaw minnha t-tfal stess. F’kaz li ma tistgħux tattendu għal-laqgħa kollha, xorta nħeġġu l-attendenza tagħkom.

Insellu għalikom u niltaqgħu.

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola