Elezzjoni għall-Kunsill tal-Istudenti Ġdid u n-Nominazzjonijiet

Wasal iż-żmien sabiex issir elezzjoni u jiġi elett kunsill tal-istudenti ġdid li jservi bejn Jannar 2013 u Diċembru 2013.

Jekk hemm xi tfal li jħossu li jistgħu jagħtu servizz lill-iskola u lil sħabhom l-istudenti f ’dan il-kunsill huma mħeġġa sabiex jagħmlu l-kuraġġ u joħorġu għall-elezzjoni. Fl-istess waqt huwa importanti ħafna li minn issa t-tfal joqogħdu attenti wkoll li jinnutaw jekk wħud minn sħabhom għandhomx xi kapaċitajiet li jservu f’ dan il-kunsill sabiex ikunu jistgħu iħajruhom u jinkoraġġuhom joħorġu għall-elezzjoni.

In-nominazzjonijiet għall-Kunsill tal-Istudenti l-ġdid huma miftuħin. Min hu interessat għandu jiġbor formola mingħand l-għalliema tal-PSD għada wara t-tieni lezzjoni li ser ikollhom fuq x’jinvolvi fil-kunsill tal-istudenti jew iniżżel il-formola minn hawn:

NOMINATION FORM FOR PUPIL COUNCIL 2013

In-nominazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 18 ta’ Jannar 2013.

Ms C. Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

LAQGĦA GĦALL-ĠENITURI: KIF NGĦINU LIL ULIEDNA FIL-MATEMATIKA

14 ta’ Jannar 2013

Għeżież ġenituri

Kif avżajnikom fil-kalendarju ta’ Jannar, nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 fis-1pm ser issir laqgħa fis-sala tal-iskola dwar “Kif ngħinu lil uliedna fis-suġġett tal-Matematika”. Din il-laqgħa ddum sas-2.15pm sabiex tkunu tistgħu tiġbru lit-tfal. Esperti f’dan il-qasam ser jiddiskutu magħna dwar calculation strategies li t-tfal qed jiġu mgħallma waqt il-lezzjonijiet tal-Matematika. B’dan il-mod intom tkunu tistgħu tgħinuhom aktar meta jkunu d-dar.

Nisperaw li narawkom dakinhar.

Grazzi

P Decelis
Kap tal-iskola

KUNSILL SKOLASTIKU ĠDID (2013 – 2014)

In-nominazzjonijiet għall-Kunsill il-ġdid għalqu nhar il-ġimgħa 11 ta’ Jannar.  Kien hemm tliet nominazzjonijiet min-naħa tal-għalliema u tlieta mill-ġenituri. Għaldaqstant nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar MHIX ser issir elezzjoni.

Il-Kunsill għas-sentejn li ġejjin hu magħmul minn:

President:                    Dr Ruth Falzon

Segretarju / Teżorier:  Mr Patrick Decelis

Membri Għalliema:     Ms Catherine Bezzina, Ms Melanie Bonello, Mr Mark Muscat

Membri Ġenituri:        Ms Diana Borg, Ms Annabelle Grech, Mr Simon Scicluna

Il-ġenituri li jkunu jixtiequ jgħaddu xi proposta lill-iskola jistgħu jagħmlu dan billi javviċinaw lir-rappreżentanti tagħhom fuq il-Kunsill.

Grazzi

P Decelis

Kap tal-iskola