Kampanja Elettorali tal-Elezzjoni għall-membri ġodda tal-Kunsill tal-Istudenti 2013

Matul din il-ġimgħa t-tfal li kkontestaw sabiex isiru membri fil-Kunsill tal-Istudenti kellhom l-opportunita’ sabiex iħeġġu lil sħabhom u jgħidu għalfejn se jikkontestaw fl-elezzjoni u x’bi ħsiebhom jissuġġerixxu jew jagħmlu jekk kemm-il darba jiġu eletti permezz ta’ posters u ċarts kif jidher hawn taħt. Iktar dettalji dwar l-elezzjoni u ismijiet tat-tfal li ġew eletti jingħataw iżjed ‘l quddiem.

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

Avviż

Għeżież Ġenituri

Nixtieq infakkarkom li għada l-24 ta’ Jannar,  l-iskola tispiċċa f’nofsinhar, minħabba li l-istaff se jkollu sessjoni ta’ training importanti bejn in-12.30pm u s-2.30pm.

Grazzi

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

AWGURI LIL NATHAN LEE

L-iskola Primarja tas-Siġġiewi tixtieq tifraħ lil Nathan Lee Xuereb għar-rebħ tal-unur ta’ Sportiv tas-Sena ta’ taħt is-17-il sena!

Nathan Lee huwa ex-student tal-iskola tagħna u nhar it-Tlieta li għadda, 15 ta’ Jannar 2013, kien preżenti fl-iskola tagħna fejn iltaqa’ mal-istudenti tal-ħames u s-sitt sena.

This slideshow requires JavaScript.