The pupils’ council members were given identification tags.

Yesterday, during the morning assembly, the members of the pupils’ council were given identification tags  so others know who they are and also to celebrate together again. The idea is that pupils who have something to suggest or bring forward about the school can easily identify them.

Ms Chircop

Link Teacher

This slideshow requires JavaScript.

Nitolbu għal Samuel

Bħalissa, wieħed mill-istudenti tagħna tat-tielet sena jinsab għall-kura barra minn Malta.  Ħafna minnkom tafu minn x’hiex għaddej Samuel. Wara s-sejħa li għamilnielkom ftit ġranet ilu sabiex nagħtu l-għajnuna lilu u lill-mama’ tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli, irċevejna rispons qawwi mmens.  Konna qed nimmaġinaw li ngħaqqdu somma ta’ xi tliet / erba’ mitt ewro, imma finalment, fi żmien jumejn / tlieta, din baqgħet tiela sa għaxar darbiet aktar.

Ikkuntattjajna lill-mama’ ta’ Sam li ġiet l-iskola lejliet li telgħu l-iSvizzera.

Kienet sorpriża kbira għaliha u immedjatament xtaqet tirringrazzja lil kull min ta l-għajnuna tiegħu, kemm jekk b’ammont ta’ ftit ċenteżmi jew mijiet ta’ ewro.

Prosit lil kulħadd tal-offerta ġeneruża għal kawża tant ġusta. Din hi wkoll parti mill-edukazzjoni ħolistika li qed nagħtu lill-istudenti tagħna…edukazzjoni ta’ solidarjeta’ ma’ min għandu bżonn.

Grazzi u prosit lil kulħadd

P Decelis

Kap tal-iskola

Story-telling mat-tfal tal-Kinder 2

Illum l-istudenti ta’ Ms Antonia u Ms Pauline tal-Kinder 2 kellhom attività interessanti ħafna li l-għan tagħha kien li l-istudenti tagħna jibdew iħobbu l-qari sa minn età żgħira.  Din l-attività kienet diġa saret għaż-żewġ klassijiet l-oħra tal-Kinder 2 u għaliha kienu mistiedna l-ġenituri li ħadu sehem attiv mat-tfal.  L-ewwel it-tfal kantaw mal-kanzunetta Old McDonald u wara ġiet moqrija storja fuq l-istess tema jiġifieri annimali tar-razzett.  Wara, l-istudenti tagħna ġew murija ideat differenti kif jistgħu jagħtu kulur lil stampa ta’ baqra li huma pinġew bl-għajnuna tal-ġenituri.  Fl-aħħar it-tfal tkellmu dwar l-annimali u l-attività għalqet b’żifna.

This slideshow requires JavaScript.