Pubblikazzjonijiet bil-Malti – Linji Gwida għall-Istudenti u l-Ġenituri dwar il- Benchmark ta’ Tmiem il-Primarja 2013 u l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd 2012

Id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni għadu kemm ippubblika dawn id-dokumenti:

kurrikulu nazzjonali

benchmark

Attivita` għall-Ġenituri fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm

Għażiż Ġenitur / Kustodju,

Nixtieq nistiednek għall-attivita` li ser issir għalik nhar l-14 ta’ Mejju 2013 fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.

L-attivita` ser tibda b’quddiesa fid-8.45am fis-sala tal-iskola. Il-quddiesa ser tkun segwita minn taħditiet mill-konsulent Dr Patrick Farrugia, mid-dental hygienist Ms Veronica Montebello u minn Ms Christine Gauci EO Media Education.

Wara intom mistednin għal riċeviment żgħir fil-foyer.

Nisperaw li tattendu.

Il-Kunsill Skolastiku