To access Information Sheets re Slapped Cheek Syndrome click here.
Author: Siggiewi Primary
Il-Volontarjat fl-iskola tagħna
Jiena Nathan Borg u għandi sitt snin. Jien il-PRO tat-tim tal-Eko-Skola, fl-iskola primarja tas-Siġġiewi. Dan it-tim magħmul minn tnax-il tifel u tifla. Aħna ġejna magħżula minn sħabna tal-klassi. Niltaqgħu darba fil-gimgħa biex niddiskutu kif nistgħu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna u norganiżżaw xi attivitajiet.
Din is-sena qegħdin naħdmu l-aktar fuq it-tema tal-volontarjat. Organiżżajna attivitajiet varji li għandhom x’jaqsmu ma’ din it-tema. Stedinna grupp ta’ refuġjati biex nitgħallmu dwar pajjiżhom u t-tradizzjonijiet tagħhom. Fi żmien il-Milied, għamilna festin għall-anzjani tar-raħal. Organiżżajna flimkien mal-‘Abandoned Animals Association’ numru ta’ mixjiet fejn ħriġna l-klieb ta’ din l-għaqda u ġbarnielhom il-flus.
L-aħħar attivita’ li organiżżajna kienet ‘Fun Walk’ mill-iskola tagħna għad-Dar tal-Providenza. F’din il-mixja ħadu sehem ġenituri, tfal tal-iskola, għalliema u anki qraba. Kienet attivita’ li tinvolvi ħafna xogħol iżda ħadna pjaċir ħafna waqt il-mixja. Barra minnhekk, irnexxielna niġbru elf ewro għad-Dar tal-Providenza. Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehemu biex din il-mixja tkun suċċess. Aħna t-tfal ħadna ħafna esperjenzi ġodda bħal kif tgħin lil min hu fil-bżonn, kellna esperjenza ta’ riklamar fuq ir-radju u esperjenzi oħra li qabel qatt ma konna għamilniehom.
Nathan Borg (PRO)
Student tat-Tieni Sena.
Slapped Cheek Syndrome
Bħal ħafna skejjel madwar Malta, fl-iskola tas-Siġġiewi għandna mill-inqas każ wieħed tas-Slapped Cheek Syndrome.
Fuq struzzjonjiet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni nixtiequ navżawkom li:
- Tfal li jkunu qed ibatu minn din il-marda għandhom ikunu ċċertifikati mit-tabib. L-iskola għandha tkun avżata u ċ-ċertifikat għandu jasal l-iskola bħas-soltu. Dawn ma għandhomx jattendu l-iskola ħalli l-marda ma tinxteridx.
- Meta jgħaddilhom, dawn iridu jġibu ċertifikat mingħand it-tabib li kollox ikun sew, u jġibu ċ-ċertifikat magħhom biex ikunu jistgħu jiġu aċċettati lura fl-iskola.
- Tfal ta’ nisa tqal ma għandhomx jattendu l-iskola għal ħmistax-il ġurnata, jiġifieri din il-ġimgħa u l-ġimgħa li ġejja, jekk ma jitfaċċawx każijiet ġodda. Aħna nżommukom infurmati.
Grazzi
P Decelis
Kap tal-iskola